Tess Lewis
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Tess Lewis | |
---|---|
Ħajja | |
Nazzjonalità | Stati Uniti tal-Amerka |
Edukazzjoni | |
Alma mater | New College (en) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb traduttur |
Premjijiet |
List
|
Tess Lewis hija traduttriċi u kittieba Amerikana. Hija l-aktar magħrufa għat-traduzzjoni tagħha tar-rumanz Incest, miktub mill-awtriċi Franċiża Christine Angot, li kien ġie nnominat għall-Premju tal-Aħjar Ktieb Tradott. Ittraduċiet ukoll xogħlijiet ta’ Peter Handke, Walter Benjamin u Philippe Jaccottet. Hija benefiċjarja ta’ għotji ta’ finanzjament mill-Fondazzjoni ta’ Guggenheim u mid-Dotazzjoni Nazzjonali għall-Arti.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Lewis hija esejista u traduttriċi. L-esejs tagħha, primarjament dwar il-letteratura Ewropea, ġew ippubblikati f’The New Criterion, The Hudson Review, World Literature Today, The American Scholar u Bookforum. Hija editriċi konsultattiva għal The Hudson Review, kif ukoll membru tal-bord għan-National Books Critics Circle. Mill-2014 sal-2015, Lewis kienet il-kuratriċi tal-Festival Neue Literature, festival letterarju Amerikan ibbażat fi New York. Dan il-festival jiffoka fuq il-letteratura bil-lingwa Ġermaniża li ġejja mill-Awstrija, mill-Ġermanja u mill-Isvizzera, tradotta għall-Ingliż, u jikkonsisti f’avvenimenti letterarji, qari ta’ kotba u panels ta’ diskussjonijiet.
Lewis tittraduċi primarjament mill-Franċiż u l-Ġermaniż għall-Ingliż u traduċiet xogħlijiet ta’ Hans Magnus Enzensberger, Alois Hotschnig, Melinda Nadj Abonji, Julya Rabinowich, Lukas Bärfuss, Philippe Jaccottet, Jean-Luc Benoziglio, Pascal Bruckner, Maja Haderlap, Peter Handke, Christine Angot, Walter Benjamin u Anselm Kiefer. Fl-2017, hija ppubblikat traduzzjoni bl-Ingliż tar-rumanz Incest, ta’ Christine Angot. It-traduzzjoni tagħha ġiet innominata għall-Premju tal-Aħjar Ktieb Tradott. F’artiklu fin-New Yorker, il-kritiku H.C. Wilentz faħħar it-traduzzjoni ta’ Lewis, u nnota l-isfidi mqajma mill- “antagoniżmu lejn is-sintassi konvenzjonali” ta’ Angot, li għamlu t-traduzzjoni ta’ Lewis “biċċa xogħol ta’ perspikwità”. F’Asymptote Journal, Tsipi Keller faħħret it-traduzzjoni ta' Lewis ukoll, u qalet li “tħossha bħallikieku Angot, bi spirtu tant Franċiż, qed tkellimna direttament bl-Ingliż.” Fl-2015, hija rċeviet għotja ta’ finanzjament mill-Fondazzjoni ta’ Guggenheim bħala sapport għat-traduzzjoni tagħha ta’ Notizen, tal-kittieb Żvizzeru Ludwig Hohl, ktieb li jikkonsisti minn noti ta' Hohl, minn daħliet fil-ġurnal u minn riflessjonijiet. Fl-2022, hija rċeviet għotja ta’ finanzjament mid-Dotazzjoni Nazzjonali għall-Arti biex tittraduċi In the Forest of the Metropoles ta’ Karl-Markus Gauß.