Susan B. Anthony

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Susan B. Anthony
SB Anthony from RoRaWW.jpg
Ħajja
Isem sħiħ Susan Anthony
Twelid Adams (en) Translate, 15 Frar 1820
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Mewt Rochester (en) Translate, 13 Marzu 1906
Post tad-dfin Mount Hope Cemetery (en) Translate
Manjiera tal-mewt  (attakk tal-qalb
pulmonite)
Familja
Missier Daniel Anthony
Omm Lucy Read
Aħwa
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni suffragist (en) Translate
feminist (en) Translate
attivist għad-drittijet umani
abolitionist (en) Translate
Premjijiet
Sħubija Daughters of the American Revolution (en) Translate

Susan B. Anthony (15 ta’ Frar, 1820 – 13 ta' Marzu, 1906) kienet attivista Amerikana għad-drittijiet tan-nisa u riformatur soċjali li kellha rwol kruċjali fil-moviment tal-vot tan-nisa fl-Istati Uniti. Imwielda fil-familja Quaker impenjata għall-ugwaljanza soċjali, hija ġabret petizzjonijiet kontra l-iskjavitù meta kellha 17-il sena. Fl-1856, saret ir-rappreżentant tal-istat ta’ New York għas-Soċjetà Amerikana Kontra l-Iskjavitù (American Anti-Slavery Society).

Fl-1851, hija ltaqgħet ma' Elizabeth Cady Stanton u magħha ħadmet tul il-kumplament ta' ħajjitha f'attivitajiet ta' riforma soċjali, primarjament fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa. Fl-1852, huma waqqfu n-New York Women's State Temperance Society wara li Anthony ma tħallietx titkellem waqt konferenza dwar it-temperanza minħabba li kienet mara. Fl-1863, huma waqqfu l-Women's Loyal National League, li mexxiet l-akbar petizzjoni fl-istorja tal-Istati Uniti sa dak iż-żmien, u ġabret kważi 400,000 firma b'appoġġ għall-abolizzjoni tal-iskjavitù. Fl-1866, huma bdew l-American Equal Rights Association, li għamlet kampanja għal drittijiet ugwali kemm għan-nisa kif ukoll għall-Afro-Amerikani. Fl-1868, bdew jippubblikaw gazzetta dwar id-drittijiet tan-nisa msejħa The Revolution. Fl-1869, huma waqqfu n-National Woman Suffrage Association bħala parti minn qasma fil-moviment tan-nisa. Fl-1890, il-qasma issewwiet formalment meta l-organizzazzjoni tagħhom ingħaqdet mar-rivali American Woman Suffrage Association biex tifforma n-National American Woman Suffrage Association, b’Anthony bħala l-forza ewlenija tagħha. Fl-1876, Anthony u Stanton bdew jaħdmu ma' Matilda Joslyn Gage fuq dak li eventwalment sar pubblikazzjoni ta' sitt volumi bl-isem ta' History of Woman Suffrage. L-interessi ta' Anthony u Stanton diverġew xi ftit fis-snin ta' wara, iżda t-tnejn baqgħu ħbieb tal-qalb.

Fl-1872, Anthony ġiet arrestata talli vvotat f'belt twelidha, Rochester, fi New York, u nstabet ħatja wara li dehret fil-qorti taħt ħafna attenzjoni tal-gazzetti. Għalkemm hija rrifjutat li tħallas il-multa, l-awtoritajiet ma ħadux aktar azzjoni kontriha. Fl-1878, Anthony u Stanton irranġaw biex il-Kungress jiġi ppreżentat b’emenda li tagħti lin-nisa d-dritt tal-vot. Introdotta mis-Sen. Aaron A. Sargent (R-CA), aktar tard saret magħrufa komunament bħala l-Emenda Susan B. Anthony. Fl-1920 ġiet irratifikata bħala d-Dsatax-il Emenda għall-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti.

Anthony ivvjaġġat ħafna b’appoġġ għas-suffraġju tan-nisa, u tat bejn 75 u 100 diskors fis-sena u ħadmet fuq ħafna kampanji statali madwar tal-Istat Uniti. Hija ħadmet internazzjonalment għad-drittijiet tan-nisa, u kellha rwol ewlieni fil-ħolqien tal-Kunsill Internazzjonali tan-Nisa, li għadu attiv.

Meta bdiet l-ewwel kampanja għad-drittijiet tan-nisa, Anthony ġiet redikolata bl-aħrax u akkużata li qed tipprova teqred l-istituzzjoni taż-żwieġ. Madankollu, il-perċezzjoni pubblika tagħha nbidlet radikalment matul ħajjitha. Għeluq it-80 sena tagħha ġie ċċelebrati fil-White House fuq stedina tal-President William McKinley. Hija saret l-ewwel mara Amerikana li x-xbieha tagħha dehret fuq il-muniti tal-Istati Uniti meta ritratt ta' wiccha tpoġġa fuq il-munita tad-dollaru fl-1979.

Sorsi[immodifika | immodifika s-sors]

Sorsi sekondarji[immodifika | immodifika s-sors]

Sorsi primarji[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]