Aqbeż għall-kontentut

Constant Vanden Stock Stadium

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Constant Vanden Stock Stadium
Ismijiet preċedenti Stejdjum Emile Versé
Lokalità Anderlecht, Brussell, Belġju
Koordinati 50°50′3.1″N 4°17′54.1″E / 50.834194°N 4.298361°E / 50.834194; 4.298361Koordinati: 50°50′3.1″N 4°17′54.1″E / 50.834194°N 4.298361°E / 50.834194; 4.298361
Inawgurazzjoni 1917
Rinovazzjoni 1983
Operatur RSC Anderlecht
Wiċċ Desso GrassMaster[1]
Kapaċità Logħob tal-kampjonat: 28,063 (21,163 bilqiegħda u 6,900 bilwieqfa)[2]
Logħob Ewropej: 21,845[3]
Dimensjonijiet 105 x 68m
Lokatorji
RSC Anderlecht

Constant Vanden Stock Stadium (bil-Franċiż: Stade Constant Vanden Stock; bl-Olandiż: Constant Vanden Stockstadion) huwa grawnd tal-futbol li jinsab fil-muniċipalità ta' Anderlecht, fi Brussell. Dan il-grawnd huwa propjetà ta' RSC Anderlecht. Huwa wkoll ospita s-semifinali tal-UEFA Euro 1972 li rat lill-Ungerija jaffrontaw lill-Unjoni Sovjetika, kif ukoll diversi logħob tat-tim nazzjonali Belġjan.

Kien fl-1917 meta RSC Anderlecht installaw il-fruntiera tal-Meir Park (aktar tard imsejjaħ Astrid Park), fl-istadju l-ġdid li huma bnew stand wieħed bl-injam biss. Xi kultant l-istadju jissejaħ, Émile Versé Stadium, f'isem tal-patrun ġeneruż. Aktar tard, stands konkreti ġew stabbiliti. Għalkemm fl-1983, l-istadju kien kompletament inbena mill-ġdid u ħa l-isem tal-President tal-klabb Constant Vanden Stock. Il-kapaċità tiegħu kienet naqset għal 28,063, b'6,900 postijiet bilwieqfa wara l-lasti u 21,163 postijiet bilqiegħda (1,583 minnhom huma sedili tan-negozju u 406 huma sedili VIP). Matul il-kompetizzjonijiet Ewropej, l-istadju ikun all-seated, li jnaqas il-kapaċità. Fl-2010, iben Constant Vanden Stock, Roger, ħabbar flimkien mal-kowċ ta' RSC Anderlecht Herman Van Holsbeeck li l-klabb se jkabbar il-grawnd[4] sabiex iżied il-kapaċità tal-istadju li għall-30,000 postijiet. Dawn ix-xogħlijiet għandhom ikunu kompletament lesti fl-2013. L-indirizz tal-istadju huwa Avenue Théo Verbeecklaan 2, B-1070 Anderlecht. Huwa jinsab ħdejn l-istazzjon tal-metro ta' Saint-Guidon/Sint-Guido.

  1. ^ "La sixième pelouse d'Europe". rsca.be (bil-Franċiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-09-27. Miġbur 2010-10-30.
  2. ^ "Stadium history". rsca.be (bil-Ġermaniż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-12-29. Miġbur 2010-10-30.
  3. ^ http://www.uefa.com/MultimediaFiles/Download/StatDoc/competitions/UEFACup/01/67/59/06/1675906_DOWNLOAD.pdf
  4. ^ "Stade - Le RSCA restera à Anderlecht et il a opté pour un troisième anneau". rsca.be (bil-Franċiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-10-25. Miġbur 2010-10-30.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]