Kolugo: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Tiswija
No edit summary
Linja 52: Linja 52:
==Sinonimi==
==Sinonimi==
L-ismijiet '''Colugidae''', '''Galeopithecidae''' u '''Galeopteridae''' huma sinonimi tà Cynocephalidae. '''''Colugo''''', '''''Dermopterus''''', '''''Galeolemur''''', '''''Galeopithecus''''', '''''Galeopus''''', u '''''Pleuropterus''''' huma sinonimi tà ''Cynocephalus''.
L-ismijiet '''Colugidae''', '''Galeopithecidae''' u '''Galeopteridae''' huma sinonimi tà Cynocephalidae. '''''Colugo''''', '''''Dermopterus''''', '''''Galeolemur''''', '''''Galeopithecus''''', '''''Galeopus''''', u '''''Pleuropterus''''' huma sinonimi tà ''Cynocephalus''.

==Referenzi==

*Stafford, Brian J. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 110.


==Links Esterni==
==Links Esterni==
*http://www.colugos.com/
*http://www.colugos.com/




[[Category:Kolugo]]
[[Category:Kolugo]]

Reviżjoni ta' 07:54, 7 Settembru 2006

Mudell:Isem taxbox
Klassifikazzjoni xjentifika
Stampa:448px-Cobego-met-jong.jpg
Kolugo tal-Filippini(Cynocephalus volans) bil-ferħ

Mammiferi erbivori noturni ta' daqs żgħir mifruxa mal-foresti tropikali fin-naħa tax-xlokk ta' l-Asja. Jeżistu biss 2 speċi f'2 ġeneri, li jiffurmaw il-familja Cynocephalidae u l-ordni Dermoptera. Għalkemm huma l-aktar mammiferi kapaċi mill-mammiferi li jipplanaw, dawn xorta ma jistgħux itiru ta' vera. Il-kolugi jissejħu wkoll kobegi jew lemuri li jtiru (għalkemm, dawn la huma lemuri u l-anqas itiru).

Il-kolugi għalkemm ta' daqs żgħir, huma pjutost kbar bħala mammiferi tas-siġar: b'bejn 35 u 40ċm fit-tul u minn 1 sa 2 kilogrami fil-piż. Is-saqajn u l-idejn huma irqaq, ta' tul moderat bl-istess qies, denb ta' daqs medju u korporatura ħafifa. Ir-ras ċkejkna, b'par għajnejn kbar iħarsu 'l quddiem b'viżjoni binokulari u b'par widnejn żgħar u tondi.

Dawn il-mammiferi għandhom membrana ta' ġilda mifruxa bejn il-vojt ta' l-appendiċi kollha li f'l-ebda mammiferu ieħor ma laħqet din il-firxa. Din il-membrana jew pataġjum mifruxha ukoll bejn is-swaba tal-idejn u tas-saqajn, bejn id-denb u s-saqajn u saħansitra bejn l-idejn u l-għonq. Ġeometrikament din il-membrana mhux possibli tkun akbar jew aktar mifruxa minn hekk.

Klassifikazjoni

Il-Mixodectidae jidher li hu fossilu tal-ordni Dermoptera. Madankollu, għalkemm hemm mammiferi oħra tal-Paleogene li ġew interpretati bħala relatati mad-dermopteri, l-evidenza turi li hemm inċertezzi u ħafna minn dawn il-fossili ma għadhomx interpretati aktar bħala mammiferi planarji.

Il-kolugi darba kienu jagħmlu parti ma' l- ordni Insectivora, madankollu, l-aħħar studji tal-filogenija molekulari urew li l-kolugi għandhom jiġu klassifikati f'ordni għalihom Dermoptera u flimkien ma l-ordnijiet Primates u Scandentia jiffurmaw il-clade Euarchonta. Il-clade Euarchonta tiġi oħt il-clade Glires u din iffurmata mill-ordnijiet Lagomorpha u Rodentia, u ż-żewġ gruppi jiffurmaw l-Euarchontoglires.

Euarchontoglires
    ├─Glires
    │    ├─ġrieden (Rodentia)
    │    └─fniek (Lagomorpha)
    └─Euarchonta
         ├─tupaja (Scandentia)
         └─N.N.
              ├─kolugi (Dermoptera)
              └─N.N.
                   ├─Plesiadapiformes (estinti)
                   └─primati (Primates)


Sinonimi

L-ismijiet Colugidae, Galeopithecidae u Galeopteridae huma sinonimi tà Cynocephalidae. Colugo, Dermopterus, Galeolemur, Galeopithecus, Galeopus, u Pleuropterus huma sinonimi tà Cynocephalus.

Referenzi

  • Stafford, Brian J. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 110.

Links Esterni