Aqbeż għall-kontentut

Diskussjoni utent:Tony Sammut

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

? Fejn Huma ?

[immodifika s-sors]

Sparixxew l-amministraturi?

Evan Camilleri (Holistic) 22:40, 21 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]
Roderick Mallia ilu ftit ma jidher u Srl ma jkunx Malta, allura jikkontribwixxi anqas. Jien tal-idea inżidu xi amministratur ieħor. Joe jidher attiv ħafna. Għadni rrid nara kif iżżid amministratur pero1 - Tony Sammut 06:23, 22 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]
Naħseb huma jridu jżidu! Jien naħseb li int tkun tajjeb għax dejjem iddur is-sites! Iżda iktar ma jkollna .... nies affidabli .... iktar aħjar. Waħda mill-affarijiet li naħseb li hemm bżonn hu li users mhux reġistrati ma jibdewx artikli ġodda!
Ara: http://mt.wikipedia.org/wiki/Wikipedija:Amministraturi/Kandidati
Evan Camilleri (Holistic) 08:23, 22 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]

Malti u t-Teknoloġija

[immodifika s-sors]

Meta tista' aqra l-kumment f'http://mt.wikipedia.org/wiki/Talk:Kompjuter. Grazzi Evan Camilleri (Holistic) 18:46, 14 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]

It-Tfittxija

[immodifika s-sors]

L-ewwel nett nagħtik il-merħba f'mt.wiki. Rigward il-mistoqsija tiegħek, konnha diġà ddiskutenja din il-biċċa xogħol fil-bidu tal-proġett. Konnha fil-fatt ser nagħmlu skoss paġni ta' riindirizzament iżda fl-aħħar mil-aħħar indunajna li hekk konnha ser nispiċċaw b'ħafna paġni żejda. Normalment dawk it-tip ta' paġni nħalluhom għal karattri speċjali, bħal ngħidu aħna Ġużè fejn ħafna nies jafu jiktbuha Ġuże' .

Biex tikteb bil-karattri Maltin mhux diffiċli. Infatti hemm xi link x'imkien fil-wiki stess minn fejn tista' tniżżel dokument li jgħidlek kif tista' tattiva l-karattri Maltin fuq il-Win XP (Alternattivament tista' tidħol fuq http://www.csc.um.edu.mt u ssibu hemm). Li nistgħu nagħmlu forsi, huwa li noħolqu link għal dak id-dokument fil-bidu tal-paġna u nħeġġu lil kulħadd jattiva t-tastiera Maltija qabel jibda juża l-Wikipedija. B'hekk kulħadd ikun jista' juża l-karatti Maltin u t-tfittxijiet ma jirriżultawx nulli. X'taħseb mill-idea?

--Roderick Mallia 22:17, 30 Marzu 2006 (UTC)[wieġeb]

Proposta interessanti. Nara x'nista' nagħmel. --Roderick Mallia 11:52, 31 Marzu 2006 (UTC)[wieġeb]

Diżambigwazzjoni u Referenzi

[immodifika s-sors]

Grazzi talli infurmajtni dwar il-laqgħa. Kont diġà smajt biha minn fuq il-Kelmet li huwa grupp tal-yahoo. Jekk ikolli ċans naqbeż qabża s'hemm.

Issa rigward id-diżambigwazzjoni jeżisti template li jista' jiġi nkluż fl-artiklu biż-żieda ta' {{diżambigwazzjoni}} fil-bidu tal-paġna.

Rigward il-platelets il-problema ma nafx kif ser insolvuha daqshekk malajr. Sa fejn naf jien, ma teżistix kelma speċifika bil-Malti għall-platelets (jew thrombocytes kif inhuma magħrufa teknikament). Allura li nistgħu nagħmlu huwa li:

1. nivvintaw kelma (preferibbilment mit-Taljan pjastrina/tromboċita) 2. nużaw translitterazzjoni mill-Ingliż (plejtlits)

Jiena kieku nippreferi l-ewwel soluzzjoni iżda għandi d-dubji tiegħi kemm hawn nies disposti jaqilbu għall-verżjoni l-ġdida - imma dejjem nistgħu nippruvaw. Sadanittant jien ħa nara x'jista' jsir fuq termini mediċi u kif għandna naffrontawhom. Bħala student tal-mediċina kont nixtieq li kieku jkun hemm fergħa Maltija fil-qasam imma naħseb hija pjuttost diffiċli. Għalissa nissuġġerilek li r-referenzi tniżżilhom fil-links esterni u f'parentesi tikteb li huma paġni bl-Ingliż. --Roderick Mallia 13:21, 5 April 2006 (UTC)[wieġeb]

Ċelluli vs. Globuli

[immodifika s-sors]

Qadt naħseb daqsxejn fuq din u naħseb ħa nerġa' nbiddel globuli f'ċelluli u nagħmel riindirizzament. Ċelluli ħomor hija probabilment il-verżjoni l-iktar magħrufa u tajjeb li nużaw lilha, kif għamilt tajjeb int. Ħa nagħmel ukoll riindirizzament ta' eritroċiti għall-ariklu Ċelluli ħomor. Saħħiet u proset ta' l-inzzjativi li qed tieħu! Inselli għalik --Roderick Mallia 08:25, 7 April 2006 (UTC)[wieġeb]

Ħallejtlek risposta (kemxejn twila!) fuq il-paġna ta' diskussjoni ta' l-artiklu Qalb. Is-sliem --Roderick Mallia 08:24, 9 April 2006 (UTC)[wieġeb]

Kamra tar-Deputati

[immodifika s-sors]

L-artiklu "Kamra tar-Deputati" ħassartu kif tlabtni għax kif indikajtli int, kien żejjed. Grazzi ħafna. Saħħiet --Roderick Mallia 18:10, 2 Mejju 2006 (UTC)[wieġeb]

Indoewropew

[immodifika s-sors]

Grazzi ħafna għall Korrezzjonijiet ;)), insellimlek, Joe

..u għall darb' oħra nirringrazzjak għat-tiswija fl'artiklu fuq l'Indja - Joe ;))

i posted a question on Rene' s talk page. about the carmelo caruana text and its source. 「ѕʀʟ·16:06, 17 Lulju 2006 (UTC)[wieġeb]

mistoqsija

[immodifika s-sors]

Grazzi tat-tiswija għal artiklu li ktibt bit. Issa għamilt template iżda mhux qiegħda toqgħod sew. Taf kif nirranġa? Evan Camilleri (Holistic) 00:21, 10 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]

Ġie imressaq hawn min Joe...
It-Template naħseb li hekk issa tajjeb .. żzidt margin-left:6px. Sa fejn naf jien m'hemx alternattiva għall <br/>--joelemaltais [[User talk:Joelemaltais]] 00:48, 10 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]
grazzi, irrangaħ joele.. L-istandard meta tikteb fil-pagni ta' l-utent hu li tikteb fl-aħħar jew l-ewwel?

Tony nirringrazzjak li poġġejt l'avviż Għat-tħassir innutajtu ilbieraħ iżda ma xtaqtx li dejjem jien inpoġġi dawn l-avviżi..

Jekk issib ftit hin nixtieq nitolbok tagħti titwila dan l'artiklu Vande Mataram ... nispera li m'hemx sbalji koroħ. Insellimlek --joelemaltais [[User talk:Joelemaltais]] 19:33, 14 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]


Tony, kont ser nagħmel redirect minn Ilsien Awżiljarju Internazzjonali għall Lingwa Awżiljari Internazzjonali izd'għandi dubju hux sew tgħid ...Awżiljarju flok Ilsien Awżiljari Internazzjonali  ! xi tgħid? Insellimlek, Joe

Jien naħseb li l-aħjar;
  • Ilsien Awżiljarju (maskil)
  • Lingwa Awżiljarja (femminil)
  • Ilsna/Lingwi Awżiljarji (plural)
Taqbel Joe?
Issib aktar Dokumenti b' Awżiljari milli b' Awżiljarja (1440/78) - Mid dehra it-tnejn imorru !? tahseb li għandi nibdel it-titlu hawn Lingwa Awżiljari Internazzjonali?
Btw, l-artiklu fuq Vande Mataram dortu għalkemm ma qadtx naqleb l-innu mill-Ingliż għall-Malti. Tony Sammut 08:28, 21 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]
nirringrazzjak :)) Joe

Merħba fil-Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa

[immodifika s-sors]

Xi tgħid Tony - hu każ ta' stat kostrutt hawnhekk?

>>Naħseb diġa ktibtha x'imkien ieħor din, għax ma ndunajtx li dan hu l-post addattat. Din il-frażi għandha tkun "Merħba fil-Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa". Il-mod kif inhi miktuba bħal issa, jinjora l-istat kostrutt u ġiet tfisser ħaġ'oħra.<<

insellimlek un nixtieqlek il-milied it-tajjeb, Joe :))

Hello, we recently had an article created on a Maltese musician, Surmast Carmelo Caruana, then rapidly deleted following a truncated discussion at w:en:Wikipedia:Articles for deletion/Carmelo Caruana. He was not viewed as sufficiently "notable" per our rules at w:en:Wikipedia:Notability (people). I was unfamiliar with this person but it seemed that he might be notable and I argued the article should be kept until someone more knowledgeable of Maltese topics and Maltese sources could review it. In any event, the article has been deleted but copies of the article and my comments can be found at:

I noted that you have had an article you created on the same person at Surmast Carmelo Caruana for a number of years. It would seem that if this person is notable on mt. wikipedia, they should be notable on en.wikipedia. There is no requirement that our sources be in English only -- only that they be "reliable" (per our w:en:Wikipedia:Identifying reliable sources rules).

Are there reliable sources in English or Maltese that would establish this person's notability and provide a basis for a reliable article?

Please feel free to respond positively or negatively on the deletion talk page at w:en:Wikipedia talk:Articles for deletion/Carmelo Caruana.

Thank you for your help. --A. B. (d) 19:09, 6 Settembru 2012 (UTC)[wieġeb]