Novial

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Novial [nov-, ġdid + IAL, Ilsien Awżiljarju Internazzjonali huwa lsien ippjanat/mibni mill-Professur Otto Jespersen, lingwist Daniż li qabel kien involut fil-muviment Ido. Ħoloq in-Novial biex tkun Lingwa Awżiljari Internazzjonali, li tippermetti kommunikazzjoni u ħbiberija internazzjonali, mingħajr ma ħadd jiġi mċaħħad minn ilsien pajjiżu.

Il-vokabularju hu bbażat ħafna fuq l-ilsna Ġermaniċi u Romantiċi u l-grammatika influenzata mill-Ingliż.

In-Novial issemma l-ewwel darba fil-ktieb ta' Jespersen An International Language fl-1928, b'żieda fid-dizzjunarju tiegħu, Novial Lexike, ippublikat sentejn wara. Ġew proposti aktar bidliet fis-snin 30 imma mal-mewt ta' Jespersen fl-1943, il-lingwa raqdet, għalkemm fis-snin 90 ħafna nies reġgħu skoprew in-Novial bil-qawmien fl-interess f'ilsna artifiċjali miġjub permezz tal-Internet.