Isabel Allende: Differenza bejn il-verżjonijiet
m Removing Link GA template (handled by wikidata) |
Żidt infobox |
||
Linja 1: | Linja 1: | ||
{{Infobox bijografija}} |
|||
[[Stampa:Isabel Allende - 001.jpg|thumb|right|Isabel Allende fl-2008]] |
|||
'''Isabel Allende Llona''' ([[Lima]], [[2 ta' Awwissu]] [[1942]]) hija kittieba [[Ċili|Ċilena]]. Hi hi waħda mill-aktar awturi Sud-Amerikani famużi b'kotba bħal ''[[Id-Dar tal-Erwieħ]]'' (''La casa de los espíritus'') u ''[[Il-Belt tal-Bhejjem]]'' (''La ciudad de las bestias''). Kitbet rakkonti msejsa fuq l-esperjenzi personali tagħha, ħafna drabi wkoll fuq l-esperjenzi tan-nisa, u rnexxielha tinseġ il-ħrafa mar-realtà. Għallmet il-letteratura f'bosta universitajiet Amerikani. Attwalment toqgħod ġewwa l-belt ta' [[Kalifornja]] flimkien mar-raġel tagħha, Willie Gordon. Fl-2003, irnexxielha tikseb iċ-ċittadinanza Amerikana. |

Reviżjoni ta' 17:41, 29 Jannar 2021
Isabel Allende Llona (Lima, 2 ta' Awwissu 1942) hija kittieba Ċilena. Hi hi waħda mill-aktar awturi Sud-Amerikani famużi b'kotba bħal Id-Dar tal-Erwieħ (La casa de los espíritus) u Il-Belt tal-Bhejjem (La ciudad de las bestias). Kitbet rakkonti msejsa fuq l-esperjenzi personali tagħha, ħafna drabi wkoll fuq l-esperjenzi tan-nisa, u rnexxielha tinseġ il-ħrafa mar-realtà. Għallmet il-letteratura f'bosta universitajiet Amerikani. Attwalment toqgħod ġewwa l-belt ta' Kalifornja flimkien mar-raġel tagħha, Willie Gordon. Fl-2003, irnexxielha tikseb iċ-ċittadinanza Amerikana.
Bijografija
Għalkemm imwielda l-Peru, Isabel Allende ġiet imrobbija ġewwa ċ-Ċili. Wara l-qtil ta' zijuha, il-President Salvador Allende, kellha taħrab minn hemm. Ħadmet ġewwa l-Veneżwela mill-1975 sal-1984 u mbagħad marret toqgħod Istati Uniti. Ħadmet bħala preżentatriċi televiżiva u ġurnalista. Kitbet drammi u stejjer għat-tfal. L-ewwel ktieb għall-adulti li kitbet kien La casa de los espíritus, li ġie maqlub għal 27 lingwa.
Xogħlijiet
Kitbet tmien novelli, fosthom Zorro (2005), Retrato en sepia (Ritratt bis-sepja)(2000), Hija de la fortuna (Aħwa tax-xorti) (1998), u Afrodita. Cuentos, recetas y otros afrodisiacos (Afrodite, stejjer, riċetti u afrodiżjaċi oħra) (1997). Fil-ktieb Mi país inventado (Pajjiżi ivvintat) (2003) tagħti rendikont tal-parti ta' ħajjitha li qattgħet fiċ-Ċilì.
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Isabel Allende |