Ilijade: Differenza bejn il-verżjonijiet
m r2.7.3) (Bot Bidla: war:Iliada |
|||
Linja 99: | Linja 99: | ||
[[ur:ایلیڈ]] |
[[ur:ایلیڈ]] |
||
[[vi:Iliad]] |
[[vi:Iliad]] |
||
[[war: |
[[war:Iliada]] |
||
[[xmf:ილიადა]] |
[[xmf:ილიადა]] |
||
[[yi:איליאדע]] |
[[yi:איליאדע]] |
Reviżjoni ta' 15:20, 8 Ottubru 2012
Dan l-artiklu għadu ma ġiex kategorizzat. Jekk jogħġbok għin biex iżżid kategoriji sabiex dan l-artiklu jitniżżel ma' artikli simili. |
L-Ilijade hi ambjentata fl-aħħar sena tal-Gwerra ta' Trojja. Dil-gwerra hija l-plott ċentrali tan-nisġa dwar ir-rabja tal-eroj Grieg Akille wara li l-kap tiegħu, Agamennone, jinsulentah waqt il-gwerra. Akille jitlaq mill-kamp tal-battalja u jħalli lil sħabu jitqabdu mat-Trojjani, li jegħlbuhom aktar minn darba. Il-ħabib tiegħu, Patroklu, li jitqabbad imexxi t-truppi minfloku, waqt taqbida minnhom jisfa maqtul bi ħruxija liema bħalha. Mimli rabja u rimors, Akille jinfexx b’ruħu u b’ġismu kontra t-Trojjani. Biex ipatti għall-kuxjenza tniggżu, joqtol lill-mexxej tagħhom, Ettore, iben ir-re Priamu, fi ġlieda wieħed kontra wieħed.
Il-poema tagħlaq meta Akille jagħti l-kadavru ta’ Ettore lil Priamu għad-difna, bi ftit simpatija mar-re avversarju għaliex it-tnejn ġarrbu t-telfa ta’ persuna għażiża għalihom u ġew wiċċ imb wiċċ mal-mortalità tagħhom.