Sistema ta' klassifikazzjoni Elo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Is-sistema ta' klassifikazzjoni Elo hija metodu għall-kalkolu tal-livelli relattivi tal-ħiliet tal-plejers f'logħob b'somma żero bħaċ-ċess. Il-klassifikazzjoni msemmija għall-kreatur tagħha Arpad Elo, professur tal-fiżika Ungeriż-Amerikan.

Is-sistema Elo ġiet ivvintata biex tkun aħjar mis- sistema Harkness użata qabel, iżda tintuża wkoll bħala sistema ta' klassifikazzjoni fil-futbol, futbol Amerikan, baseball, basketball, pool, tennis tal-mejda, u diversi board games u esports.

Id-differenza fil-klassifikazzjonijiet bejn żewġ plejers isservi bħala tbassir tar-riżultat ta' partita bejniethom. Żewġ plejers bi klassifikazzjonijiet ugwali li jilagħbu kontra xulxin huma mistennija li jiksbu numru ndaqs ta’ rebħiet. Plejer li l-klassifikazzjoni tiegħu hija 100 punt aktar minn dik tal-avversarju huwa mistenni li jirbaħ 64% tad-drabi; jekk id-differenza hija ta' 200 punt, allura r-rebħ mistenni għall-plejer aktar b'saħħtu huwa ta' 76%.

Il-klassifikazzjoni Elo ta' plejer hija rappreżentata minn numru li jista' jinbidel skont ir-riżultat tal-logħob klassifikat milgħub. Wara kull logħba, il-plejer rebbieħ jieħu punti mingħand dak li jitlef. Id-differenza bejn il-klassifikazzjonijiet tar-rebbieħ u tat-telliefa tiddetermina n-numru totali ta' punti miksuba jew mitlufa wara l-logħba. Jekk jirbaħ il-plejer b'rata ogħla, allura jittieħdu biss ftit punti ta' klassifikazzjoni mingħand il-plejer b'rata aktar baxxa. Madankollu, jekk il-plejer b'rata aktar baxxa jikseb rebħa mhux mistennija, dan ta' l-ewwel jirbaħ ħafna punti Elo. Il-plejer b'rata aktar baxxa se jikseb ukoll ftit punti mill-player b'rata ogħla f'każ ta' pareġġ. Dan ifisser li din is-sistema ta' klassifikazzjoni hija awto-korrettiva. Parteċipanti li l-klassifikazzjonijiet tagħhom huma baxxi jew għoljin wisq għandhom, fit-tul, jagħmlu aħjar jew agħar b'mod korrispondenti milli tbassar is-sistema tal-klassifikazzjoni u b'hekk jiksbu jew jitilfu punti tal-klassifikazzjoni sakemm il-klassifikazzjonijiet jirriflettu l-qawwa vera tal-logħob tagħhom.

Il-klassifikazzjonijiet Elo huma komparattivi biss, u huma validi biss fil-grupp ta' klassifikazzjoni li fih ġew ikkalkulati, u ma jridux jiftehmu li huma assoluti.