Sian Ka'an

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Veduta panoramika tar-Riżerva tal-Bijosfera ta' Sian Ka'an

Sian Ka'an (isem sħiħ bl-Ispanjol: Reserva de la Biósfera de Sian Kaʼan)[1][2] hija riżerva ta' bijosfera fil-muniċipalità ta' Tulum fl-istat Messikan ta' Quintana Roo.[3] Ġiet stabbilita fl-1986 u saret Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO sena wara fl-1987.[4]

Deskrizzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

"Sian Ka'an" tfisser "bieb il-ġenna" jew "post fejn tibda l-ġenna".[5]

Bil-parteċipazzjoni ta' xjenzati, tekniċi, studenti, sajjieda, bdiewa, promoturi rurali u amministraturi, flimkien ma' sħab reġjonali u internazzjonali, ġew imwettqa iktar minn 200 proġett ta' konservazzjoni. L-azzjonijiet kollha ta' konservazzjoni ġew ibbażati fuq tagħrif xjentifiku u tekniku għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni ta' politiki ambjentali u fuq il-proposta ta' soluzzjonijiet vijabbli għall-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u għal sforzi konġunti stabbiliti fi ħdan tmien żoni naturali protetti. Dawn jinkludu l-iskoll tal-qroll ta' Banco Chinchorro, u Xcalak fin-Nofsinhar ta' Quintana Roo, ir-Riżerva tal-Bijosfera ta' Sian Ka'an, Cancun, il-gżira ta' Cozumel li tinsab quddiem Xcaret u l-Gżira ta' Contoy fit-Tramuntana (li flimkien ikopru erja ta' 3,200 km2). Dawn iż-żoni jinsabu f'partijiet tas-seba' muniċipalitajiet statali kostali kollha tal-Baħar Karibew, u l-akbar parti tinsab fil-Lvant tal-muniċipalità ta' Felipe Carrillo Puerto, fejn hemm il-maġġoranza l-kbira tar-Riżerva tal-Bijosfera ta' Sian Ka'an.

Iż-Żona Arkeoloġika ta' Muyil

Parti mir-riżerva tinsab fuq l-art u parti tinsab fil-Baħar Karibew, inkluż sezzjoni ta' skoll tal-qroll. Ir-riżerva għandha erja ta' 5,280 km2.[4]

Ir-riżerva tinkludi wkoll xi 23 sit arkeoloġiku magħrufa attwalment taċ-ċivilizzazzjoni Maja, fosthom iż-Żona Arkeoloġika ta' Muyil. F'diversi postijiet fi ħdan ir-riżerva hemm ukoll il-fdalijiet tal-Linja Ferrovjarja ta' Decauville bejn Vigía Chico u Santa Cruz, li tħaddmet mill-1905 sal-1932.[3]

L-objettivi tal-proġett tal-Amigos de Sian Ka'an huma l-identifikazzjoni, il-protezzjoni u l-ġestjoni ta' żoni addizzjonali b'valur għoli ta' bijodiversità kif ukoll ta' żoni kritiċi għaż-żamma taċ-ċikli tal-ħajja ta' speċijiet fil-periklu, mhedda u migratorji fir-Riviera Maya. Barra minn hekk, il-proġett tagħhom għandu l-għan li jipprovdi edukazzjoni ambjentali permezz ta' kotba, ġurnali u fuljetti u li jipprovdi assistenza teknika u taħriġ lill-komunitajiet Maja li jaħdmu fit-turiżmu ekoloġiku.

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-Riżerva tal-Bijosfera ta' Sian Ka'an ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987.[4]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[4]

Speċijiet bijoloġiċi[immodifika | immodifika s-sors]

Paletta roża (Platlea ajaja)

Dawn huma wħud mill-ispeċijiet li ġew irreġistrati f'Sian Ka'an:[4]

  • Alouatta pigra
  • Amazona xantholora
  • Ardea herodias
  • Ateles geoffroyi
  • Caracara plancus
  • Crocodylus acutus
  • Crocodylus moreletii
  • Ctenosaura similis
  • Cuniculus paca
  • Dasyprocta punctata
  • Eira barbara
  • Fregata magnificens
  • Galictis vittata
  • Jabiru mycteria
  • Leopardus pardalis
  • Leopardus wiedii
  • Meleagris ocellata
  • Mycteria americana
  • Nasua narica
  • Odocoileus virginianus
  • Panthera onca
  • Pecari tajacu
  • Pelecanus occidentalis
  • Nannopterum brasilianum
  • Phoenicopterus ruber
  • Platalea ajaja
  • Potos flavus
  • Puma concolor
  • Puma yagouaroundi
  • Ramphastos sulfuratus
  • Sarcoramphus papa
  • Tamandua tetradactyla
  • Tapirus bairdii
  • Tayassu pecari

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Protected Planet | Sian Ka'an". Protected Planet. Miġbur 2021-11-05.
  2. ^ "Sian Ka'an | Ramsar Sites Information Service". rsis.ramsar.org. Miġbur 2021-11-05.
  3. ^ a b "About Sian Ka'an". web.archive.org. 2012-02-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-02-04. Miġbur 2021-11-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ a b ċ d e Centre, UNESCO World Heritage. "Sian Ka'an". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-11-05.
  5. ^ admin (2018-02-04). "Sian Kaan Biosphere Reserve". mexicanroutes.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-11-05.