Quercus ilex
Quercus ilex | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju | Plantae |
Ordni | Fagales (en) |
Familja | Fagaceae (en) |
Ġeneru | Quercus (en) |
speċi | Quercus ilex Linnaeus, 1753
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Informazzjoni ġenerali | |
Sors | holm oak (en) |
Il-Quercus ilex, magħrufa ukoll bħala s-siġra tal-ballut, Balluta jew is-siġra tal-ġandar, hija siġra indiġena mill-familja Fagaceae għar-reġjun tal-Mediterran li tħaddar is-sena kollha.[1] [2] Il-Quercus ilex tappartjeni għall-ġeneru Quercus li jikkonsisti f'siġar kbar li jgħixu għall-eluf ta' snin u tagħmel parti mill-ispeċi ilex, li huma siġar li jipproduċu frott imsejjaħ ġandar li jimmatura f'sajf wieħed.[3][4]
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Is-siġra tal-ballut tħaddar is-sena kollha u tilħaq tul ta' bejn 21-30 metru u tiżviluppa bil-friegħi miftuħin. Biz-zokk ikollu diametru ta' aktar minn 2 metri.[5][6] Ir-rimjiet li jikbru fil-qiegħ taz-zokk u f'siġar għadhom żgħar jipproduċu weraq iebes, niggieżi u bil-ponta li jkun jixbaħ il-weraq tal-liċi u jkun miksi b'għatja ta' bellus griż madwar kull werqa li jaqa' minn fuq wiċċ il-werqa aktar mal-werqa timmatura sakemm il-wiċċ tal-werqa jiġi lixx.[1][7]
Filwaqt li l-weraq f'siġar maturi għandhom forma dejqa ovali bil-ponta f'forma ta' lanza, li jkollom qies ta' 3-7 ċentimetru u 1.2–2.5ċm wisa' .[5] [7]Il-weraq jkun tond jew wiesa' bil-ponta, bit-trufijiet sħaħ li f'siġar żgħar jkun bis- snien. Iż-żewġ uċuħ tal-weraq jkunu iebsin bl-isfel bajdani jew griż u l-wiċċ ikun aħdar jleqq skur.[6][1]Iz-zokk tal-werqa jkollu qies ta' bejn 1-2ċm u jkollu għatja bellusija l-istess bħal werqa.[5]
Il-fjuri jsiru bejn April u Mejju[1][2]. Dawn ikunu jikkonsistu fi fjuri seperati bħala żahar (fjuri femminili) li jkunu 2-3ċm twal u l-inwar (fjuri maskili) ta' qies 4-7ċm fuq l-istess siġra.[8][9]
Il-frott imsejjaħ ġandar għandu forma ovali bil-ponta li jħares 'l isfel u jsir fuq zokk qasir iebes fi gruppi ta' tlieta u minn Mejju u jimmatura bejn Ottubru u Frar.[6][10][2] Il-ġandar jvarja fil-qies u jkun twil bejn 12–18mm fir-Renju Unit. Il-kikkra ta' fuq il-ġandra jkollha skali l'isfel appressati. [7]
Tassonomija
[immodifika | immodifika s-sors]Ix-xebh tal-weraq ma' tal-liċi tal-Ewropa Ilex aquifolium, wasslet għall-ismijiet komuni u botaniċi li ingħatawlha b'referenza għall-ilċi. L-isem ilex oriġinarjament kien l-isem Latin għas-siġra tal-ballut, iżda aktar tard ġie użat bħala l-isem tal-ġeneru botaniku għall-liċi. Filwaqt li l-ġeneru tal-isem tas-siġra tal-ballut ġie imbiddel għal Quercus u tpoġġiet fis- sezzjoni Ilex . Għalhekk is-siġra tal-ballut ingħatat l-isem tal-ispeċi Quercus ilex. [11]
Qabel kien maħsub li l-ispeċi Quercus rotundifolia kienet sottospeċi tal-ispeċi Quercus ilex, iżda aktar tard Quercus rotundifolia ġiet ikkunsidrata bħala speċi separata. Xi awturi għadhom jiddeskrivu Quercus rotundifolia bħala sottospeċi ta' Quercus ilex. [12]
L-isem komuni bl-Ingliż 'Holm oak' ġejja mill-kelma holm, li huwa l-isem antik għall-liċi). [13]
Ambjent u distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Is-siġra tal-ballut tikber fix-Xagħri, fil-Makkja u fil-foresta Mediterranea, f'foresti tal-istess speċi jew f'foresti mħallta b'diversi speċi ta' siġar fil-Mediterran f'elevazzjonijiet baxxi u moderati.[5][9][6]
Il-Foresti tal-ballut huma abbundanti fil-Greċja u f'ċerti partijiet tal-Peniżola Iberika, fejn jeżistu ibridi flimkien ma' Quercus rotundifolia. Kif ukoll tinstab matul il-kosta tat-Tramuntana tal-Mediterran.[5][9]
F'Malta numru ta' siġar jinstabu jikbru il-bosk, fil-Buskett li kienu miżrugħin fiż-żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann f'Malta. Kif ukoll fdalijiet ta' siġar li qabel kienu jifformaw imsaġar kbar fil-Wardija u F'Wied Ħażrun[14]
Kemm is-siġar tal-ballut kif ukoll il-postijiet naturali fejn jinstabu dawn is-siġar f'Malta huma protetti bil-ligi.[15]
Ekoloġija
[immodifika | immodifika s-sors]Quercus ilex hija indiġena għall-Mediterran u l-Ġżejjer Maltin għalkemm hija meqjusa bħala speċi invażiva fir-Renju Unit. Normalment is-siġra ma tiflaħx temperaturi baxxi u borra. Għalhekk ma infirxitx fil-pajjiżi tat-tramuntana. Iżda bit-tibdil fil-klima, irnexxielha tistabilixxi ruħha b'suċċess f'xi reġjuni fit-tramuntana li huma li 'l hinn miż-żoni oriġinali tagħha. [16] L-akbar popolazzjoni ta' siġar tal-Ballut fit-Tramuntana tal-Ewropa tinstab fuq l-Isle of Wight, magħrufa għall-mikroklima naturali tagħha aktar sħuna. Huwa maħsub li l din il-popolazzjoni ġiet stabbilita fl-aħħar tas-snin tas-seklu Dsatax u issa din il-popolazzjnoi oriġinali qed tinfirex permezz tal-ispeċi tal-għasfur Garrulus glandarius, li jiġbor u jaħżen il-ġandar billi jidfinhom fl-art fejn imbagħad dawn ifellsu. Sabiex titwaqqaf din l-invażjoni, ġie introdott mogħoż salvaġġ fl-isle of Wight biex jikkontrollaw it-tixrid tas-siġra tal-ballut. [17]
Kultivazzjoni u użu
[immodifika | immodifika s-sors]L-injam tas-siġra tal-ballut huwa iebes u reżistenti għalhekk ilu jintuża sa minn żminijiet antiki għal skopijiet ta' kostruzzjoni mill-injam bħall-pilastri, għodda, karozzelli, btieti tal-inbid u iġfna [18] [19] Kif ukoll għat-tisjir bil-ħatab u fil-manifattura tal-faħam . [20]
Is-siġra tal-ballut hija waħda mill-aqwa speċi ta' siġar li huma wżati fil-produzzjoni tal-faqqieħ tat-tartuf, tartuf partikolari jikber f'assoċċjazzjoni mal-għeruq tas-siġra tal-ballut. [21][22]
Is-siġra tal-ballut hija wżata ukoll fit-tisbieħ tal-ġonna billi tista tintuża bħala ħajt biex tifred il-ġonna minflok ħajt tal-ġebel. Titħawwel ukoll bħala siġra fit-toroq urbani u progetti ta' afforestazzjoni[2]
Siġar notabbli
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel siġar li tkabbru mill-ġandar fl-Ingilterra għadhom jinstabu fi ħdan l-artijiet statali ta' Mamhead Park, f'Devon . Dawn kienu introdotti minn Mr. Thomas Balle li kien ġab bosta speċi ta' siġar eżotiċi mill- vjaġġi tiegħu fosthom l-Akaċja, Ballut tas-sufra, Qastan spanjol kif ukoll is-siġra tal-ballut Mediterranea Quercus ilex.[23]
Siġra tal-ballut fl-Ingilterra, li tinstab f' Gloucestershire tkejlet b'ċirkonferenza ta' 8.95 m u tul ta' 12m fl-1993. Siġra oħra tal-ballut li kienet tħawlet fl-1648 f'Courtown House, Wexford, fl-Irlanda, instab li għandha tul ta' 20 m b'firxa ta 43 metru fl-2010. [24] Siġra antika li għandha 500 sena fil-Palazz ta' Fulham f'Londra, hija meqjusa bħala waħda mill-akbar siġar li jinstabu f'Londra. [25]
L-ixjeħ siġra tal-ballut fi Spanja, bl-isem ta' Encina Tres Patas de Mendaza, li tinsab f'Navarra, huwa stmat li għandha mal-1,200 sena.[26] Siġra oħra f'Milo, fi Sqallija, għandha madwar 700 sena [27]
Filwaqt li popolazzjoni żgħira fil-Wardija f'Malta huwa maħsub li għandha bejn 500 u 1,000 sena fejn hemm siġra li għandha ċirkumferenza ta' 4m.[8][28][29] F'Malta, is-siġr tal-ballut kienu komuni fil-ġżejjer Maltin u s-siġar tal-Wardija huwa maħsuba li huma fdalijiet ta' bosk kbir tas-siġar tal-ballut.[8] Il-maggoranza tal-ballut ta din il-foresta kienu meqrud għall-bini tal-iġfna, għall-użu tal-ħatab u l-użu tal-art f'agrikoltura mal-wasla tal-bniedem [30][31]
Il-poeta Ruman Orazju bassar il-balluta li kienet qed tikber fir-razzett tiegħu kienet se ssir famuża meta jinkludiha fl-innu li kiteb hu stess għar-Rebbiegħa ta’ Bandusia (Għanjiet 3.13.12–16)[32]:
fies nobilium tu quoque fontium,me dicente cavis impositam ilicemsaxis, unde loquaceslymphae desiliunt tuae.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ d Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Quercus ilex (Evergreen Oak) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-21.
- ^ a b ċ d Casha, Alex (2018). Flora of the Maltese Islands (bl-Ingliż). Self-published. ISBN 978-0244605889.
- ^ Manos, Paul S.; Doyle, Jeff J.; Nixon, Kevin C. (1999-08-01). "Phylogeny, Biogeography, and Processes of Molecular Differentiation in Quercus Subgenus Quercus (Fagaceae)". Molecular Phylogenetics and Evolution. 12 (3): 333–349.
- ^ Denk, T., Grimm, G. W., Manos, P. S., Deng, M., & Hipp, A. L. (2017). An updated infrageneric classification of the oaks: review of previous taxonomic schemes and synthesis of evolutionary patterns. Oaks physiological ecology. Exploring the functional diversity of genus Quercus L., 13-38.
- ^ a b ċ d e "Evergreen Holm Oak – Quercus ilex – Il-balluta – Chadwick Lakes" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-21.
- ^ a b ċ d Calleja, Eman J. (2018). Trres and Shrubs of the Maltese Islands and their Habitats (bl-Ingliż). Qrendi, Malta: Nature Trust-FEE Malta. ISBN 978-99957-1-124-5.
- ^ a b ċ Bean, W. J. (1976) Trees and shrubs hardy in the British Isles 8th ed., revised. John Murray
- ^ a b ċ Bonello, Christopher (1991). The ecology of the oak tree (Quercus ilex L.) from two sites in Malta (bachelorThesis) (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-21.
- ^ a b ċ De Rigo, D., & Caudullo, G. (2016). Quercus ilex in Europe: Distribution, habitat, usage and threats. European Atlas of Forest Tree Species; San-Miguel-Ayanz, J., de Rigo, D., Caudullo, G., Houston Durrant, T., Mauri, A., Eds, 152-153.
- ^ Bean, W. J. (1976) Trees and shrubs hardy in the British Isles 8th ed., revised.
- ^ Denk, Thomas; W. Grimm, Guido; S. Manos, Paul; Deng, Min; Hipp., Andrew L. (2017). Appendix 2.1: An updated infrageneric classification of the oaks. figshare. Dataset. doi: https://doi.org/10.6084/m9.figshare.5547622.v1
- ^ "Quercus rotundifolia Lam. (1785)". International Oak Society. Miġbur 31 December 2020.
- ^ "holm etymology". ETYMOLOGEEK. Miġbur 30 December 2021.
- ^ Grech, C. F. (2001). A forest history of the Maltese islands to AD 1800 (Doctoral dissertation, University of Aberdeen).
- ^ Environment and Resources Authority (ERA) (2019). BioSnippet Issue 13 Holm Oak. https://era.org.mt/. Retrieved from https://era.org.mt/wp-content/uploads/2019/09/BioSnippet_13-Holm_Oak.pdf
- ^ Delzon, Sylvain; Urli, Morgane; Samalens, Jean-Charles; Lamy, Jean-Baptiste; Lischke, Heike (2013-11-18). "Field Evidence of Colonisation by Holm Oak, at the Northern Margin of Its Distribution Range, during the Anthropocene Period". PLOS ONE (bl-Ingliż). 8 (11): e80443.
- ^ "The holm oaks of Ventnor Downs". National Trust. Miġbur 9 May 2018.
- ^ "Holm Oak | The Wood Database - Lumber Identification (Hardwood)". Miġbur 13 March 2021.
- ^ Ciciliot, F. Garbo Timber. In: Tzalas, H. E., ed. 7th International Symposium on Ship Construction in Antiquity Proceedings, 2002 Athens. Hellenic Institute for the Preservation of Nautical Tradition, 255-265.
- ^ Uzquiano, P.; Ruiz-Zapata, MaB.; Gil-Garcia, MaJ.; Fernández, S.; Carrión, J. S. (2016-12-01). "Late Quaternary developments of Mediterranean oaks in the Atlantic domain of the Iberian Peninsula: The case of the Cantabrian region (N Spain)". Quaternary Science Reviews. 153: 63–77. Parametru mhux magħruf
|iktar=
injorat (għajnuna) - ^ "The Natural Gardener". thenaturalgardener.co.uk. Miġbur 13 March 2021.
- ^ Taschen, E., Sauve, M., Vincent, B., Parladé, J., Van Tuinen, D., Aumeeruddy-Thomas, Y., ... & Richard, F. (2020). Insight into the truffle brûlé: tripartite interactions between the black truffle (Tuber melanosporum), holm oak (Quercus ilex) and arbuscular mycorrhizal plants. Plant and Soil, 446, 577-594.doi:https://doi.org/10.1007/s11104-019-04340-2
- ^ Britton, J. & Brayley, E. W. (1803). Beauties of England & Wales. Vol. 4: Devon & Cornwall, Devonshire, p. 99. Various publishers.
- ^ Johnson, O. (2011). Champion Trees, of Britain & Ireland, Kew Publishing, London. ISBN 9781842464526
- ^ Editors of Time Out (2010). The Great Trees of London, Time Out, London. ISBN 9781846701542
- ^ "Encino de las Tres Patas. (Mendaza)". Árbol y Bosque del año (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-10-21.
- ^ "Holm Oak 'Ilice di Carrinu' in the woods of Carlino, Milo, Sicily, Italy". www.monumentaltrees.com. Miġbur 2023-10-21.
- ^ Borġ, J. (1927) Descriptive Flora of the Maltese Islands, Malta: Government Printing Office
- ^ Baldacchino, Alfred.E. (2018). Sigar Maltin Taghrif, Tnissil, Ħarsien, Għajdut (bil-Malti). Klabb Kotba Maltin. ISBN 978-99932-7-650-0.
- ^ Flora of the Maltese Islands, Hans Christian Weber, Bernd Kendzior, 2006, Margraf Publishers p. 184
- ^ Robinson, Madeline (2018-03-29). "Temples, Tombs and Trees: Towards A Reconstruction of the Neolithic Temples of Malta" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni journal għandha bżonn
|journal=
(għajnuna) - ^ Henderson, Jeffrey. "Book III: Ode 14". Loeb Classical Library (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-21.