Aqbeż għall-kontentut

Quercus ilex

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Quercus ilex
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuPlantae
OrdniFagales (en) Fagales
FamiljaFagaceae (en) Fagaceae
ĠeneruQuercus (en) Quercus
speċi Quercus ilex
Linnaeus, 1753
Distribuzzjoni ġeografika
Informazzjoni ġenerali
Sors holm oak (en) Translate


Il-Quercus ilex, magħrufa ukoll bħala s-siġra tal-ballut, Balluta jew is-siġra tal-ġandar, hija siġra indiġena mill-familja Fagaceae għar-reġjun tal-Mediterran li tħaddar is-sena kollha.[1] [2] Il-Quercus ilex tappartjeni għall-ġeneru Quercus li jikkonsisti f'siġar kbar li jgħixu għall-eluf ta' snin u tagħmel parti mill-ispeċi ilex, li huma siġar li jipproduċu frott imsejjaħ ġandar li jimmatura f'sajf wieħed.[3][4]

Is-siġra tal-ballut tħaddar is-sena kollha u tilħaq tul ta' bejn 21-30 metru u tiżviluppa bil-friegħi miftuħin. Biz-zokk ikollu diametru ta' aktar minn 2 metri.[5][6] Ir-rimjiet li jikbru fil-qiegħ taz-zokk u f'siġar għadhom żgħar jipproduċu weraq iebes, niggieżi u bil-ponta li jkun jixbaħ il-weraq tal-liċi u jkun miksi b'għatja ta' bellus griż madwar kull werqa li jaqa' minn fuq wiċċ il-werqa aktar mal-werqa timmatura sakemm il-wiċċ tal-werqa jiġi lixx.[1][7]

Filwaqt li l-weraq f'siġar maturi għandhom forma dejqa ovali bil-ponta f'forma ta' lanza, li jkollom qies ta' 3-7 ċentimetru u 1.2–2.5ċm wisa' .[5] [7]Il-weraq jkun tond jew wiesa' bil-ponta, bit-trufijiet sħaħ li f'siġar żgħar jkun bis- snien. Iż-żewġ uċuħ tal-weraq jkunu iebsin bl-isfel bajdani jew griż u l-wiċċ ikun aħdar jleqq skur.[6][1]Iz-zokk tal-werqa jkollu qies ta' bejn 1-2ċm u jkollu għatja bellusija l-istess bħal werqa.[5]

Il-fjuri jsiru bejn April u Mejju[1][2]. Dawn ikunu jikkonsistu fi fjuri seperati bħala żahar (fjuri femminili) li jkunu 2-3ċm twal u l-inwar (fjuri maskili) ta' qies 4-7ċm fuq l-istess siġra.[8][9]

Il-frott imsejjaħ ġandar għandu forma ovali bil-ponta li jħares 'l isfel u jsir fuq zokk qasir iebes fi gruppi ta' tlieta u minn Mejju u jimmatura bejn Ottubru u Frar.[6][10][2] Il-ġandar jvarja fil-qies u jkun twil bejn 12–18mm fir-Renju Unit. Il-kikkra ta' fuq il-ġandra jkollha skali l'isfel appressati. [7]

Ix-xebh tal-weraq ma' tal-liċi tal-Ewropa Ilex aquifolium, wasslet għall-ismijiet komuni u botaniċi li ingħatawlha b'referenza għall-ilċi. L-isem ilex oriġinarjament kien l-isem Latin għas-siġra tal-ballut, iżda aktar tard ġie użat bħala l-isem tal-ġeneru botaniku għall-liċi. Filwaqt li l-ġeneru tal-isem tas-siġra tal-ballut ġie imbiddel għal Quercus u tpoġġiet fis- sezzjoni Ilex . Għalhekk is-siġra tal-ballut ingħatat l-isem tal-ispeċi Quercus ilex. [11]

Weraq ta' siġar maturi tal-Quercus ilex

Qabel kien maħsub li l-ispeċi Quercus rotundifolia kienet sottospeċi tal-ispeċi Quercus ilex, iżda aktar tard Quercus rotundifolia ġiet ikkunsidrata bħala speċi separata. Xi awturi għadhom jiddeskrivu Quercus rotundifolia bħala sottospeċi ta' Quercus ilex. [12]

L-isem komuni bl-Ingliż 'Holm oak' ġejja mill-kelma holm, li huwa l-isem antik għall-liċi). [13]

Ambjent u distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-siġra tal-ballut tikber fix-Xagħri, fil-Makkja u fil-foresta Mediterranea, f'foresti tal-istess speċi jew f'foresti mħallta b'diversi speċi ta' siġar fil-Mediterran f'elevazzjonijiet baxxi u moderati.[5][9][6]

Il-Foresti tal-ballut huma abbundanti fil-Greċja u f'ċerti partijiet tal-Peniżola Iberika, fejn jeżistu ibridi flimkien ma' Quercus rotundifolia. Kif ukoll tinstab matul il-kosta tat-Tramuntana tal-Mediterran.[5][9]

F'Malta numru ta' siġar jinstabu jikbru il-bosk, fil-Buskett li kienu miżrugħin fiż-żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann f'Malta. Kif ukoll fdalijiet ta' siġar li qabel kienu jifformaw imsaġar kbar fil-Wardija u F'Wied Ħażrun[14]

Kemm is-siġar tal-ballut kif ukoll il-postijiet naturali fejn jinstabu dawn is-siġar f'Malta huma protetti bil-ligi.[15]

Quercus ilex hija indiġena għall-Mediterran u l-Ġżejjer Maltin għalkemm hija meqjusa bħala speċi invażiva fir-Renju Unit. Normalment is-siġra ma tiflaħx temperaturi baxxi u borra. Għalhekk ma infirxitx fil-pajjiżi tat-tramuntana. Iżda bit-tibdil fil-klima, irnexxielha tistabilixxi ruħha b'suċċess f'xi reġjuni fit-tramuntana li huma li 'l hinn miż-żoni oriġinali tagħha. [16] L-akbar popolazzjoni ta' siġar tal-Ballut fit-Tramuntana tal-Ewropa tinstab fuq l-Isle of Wight, magħrufa għall-mikroklima naturali tagħha aktar sħuna. Huwa maħsub li l din il-popolazzjoni ġiet stabbilita fl-aħħar tas-snin tas-seklu Dsatax u issa din il-popolazzjnoi oriġinali qed tinfirex permezz tal-ispeċi tal-għasfur Garrulus glandarius, li jiġbor u jaħżen il-ġandar billi jidfinhom fl-art fejn imbagħad dawn ifellsu. Sabiex titwaqqaf din l-invażjoni, ġie introdott mogħoż salvaġġ fl-isle of Wight biex jikkontrollaw it-tixrid tas-siġra tal-ballut. [17]

Kultivazzjoni u użu

[immodifika | immodifika s-sors]

L-injam tas-siġra tal-ballut huwa iebes u reżistenti għalhekk ilu jintuża sa minn żminijiet antiki għal skopijiet ta' kostruzzjoni mill-injam bħall-pilastri, għodda, karozzelli, btieti tal-inbid u iġfna [18] [19] Kif ukoll għat-tisjir bil-ħatab u fil-manifattura tal-faħam . [20]

Is-siġra tal-ballut hija waħda mill-aqwa speċi ta' siġar li huma wżati fil-produzzjoni tal-faqqieħ tat-tartuf, tartuf partikolari jikber f'assoċċjazzjoni mal-għeruq tas-siġra tal-ballut. [21][22]

Is-siġra tal-ballut hija wżata ukoll fit-tisbieħ tal-ġonna billi tista tintuża bħala ħajt biex tifred il-ġonna minflok ħajt tal-ġebel. Titħawwel ukoll bħala siġra fit-toroq urbani u progetti ta' afforestazzjoni[2]

Siġar notabbli

[immodifika | immodifika s-sors]
Siġra tal-ballut fi Franza

L-ewwel siġar li tkabbru mill-ġandar fl-Ingilterra għadhom jinstabu fi ħdan l-artijiet statali ta' Mamhead Park, f'Devon . Dawn kienu introdotti minn Mr. Thomas Balle li kien ġab bosta speċi ta' siġar eżotiċi mill- vjaġġi tiegħu fosthom l-Akaċja, Ballut tas-sufra, Qastan spanjol kif ukoll is-siġra tal-ballut Mediterranea Quercus ilex.[23]

Siġra tal-ballut fl-Ingilterra, li tinstab f' Gloucestershire tkejlet b'ċirkonferenza ta' 8.95 m u tul ta' 12m fl-1993. Siġra oħra tal-ballut li kienet tħawlet fl-1648 f'Courtown House, Wexford, fl-Irlanda, instab li għandha tul ta' 20 m b'firxa ta 43 metru fl-2010. [24] Siġra antika li għandha 500 sena fil-Palazz ta' Fulham f'Londra, hija meqjusa bħala waħda mill-akbar siġar li jinstabu f'Londra. [25]

L-ixjeħ siġra tal-ballut fi Spanja, bl-isem ta' Encina Tres Patas de Mendaza, li tinsab f'Navarra, huwa stmat li għandha mal-1,200 sena.[26] Siġra oħra f'Milo, fi Sqallija, għandha madwar 700 sena [27]

Filwaqt li popolazzjoni żgħira fil-Wardija f'Malta huwa maħsub li għandha bejn 500 u 1,000 sena fejn hemm siġra li għandha ċirkumferenza ta' 4m.[8][28][29] F'Malta, is-siġr tal-ballut kienu komuni fil-ġżejjer Maltin u s-siġar tal-Wardija huwa maħsuba li huma fdalijiet ta' bosk kbir tas-siġar tal-ballut.[8] Il-maggoranza tal-ballut ta din il-foresta kienu meqrud għall-bini tal-iġfna, għall-użu tal-ħatab u l-użu tal-art f'agrikoltura mal-wasla tal-bniedem [30][31]

Il-poeta Ruman Orazju bassar il-balluta li kienet qed tikber fir-razzett tiegħu kienet se ssir famuża meta jinkludiha fl-innu li kiteb hu stess għar-Rebbiegħa ta’ Bandusia (Għanjiet 3.13.12–16)[32]:

fies nobilium tu quoque fontium,me dicente cavis impositam ilicemsaxis, unde loquaceslymphae desiliunt tuae.


  1. ^ a b ċ d Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Quercus ilex (Evergreen Oak) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-21.
  2. ^ a b ċ d Casha, Alex (2018). Flora of the Maltese Islands (bl-Ingliż). Self-published. ISBN 978-0244605889.
  3. ^ Manos, Paul S.; Doyle, Jeff J.; Nixon, Kevin C. (1999-08-01). "Phylogeny, Biogeography, and Processes of Molecular Differentiation in Quercus Subgenus Quercus (Fagaceae)". Molecular Phylogenetics and Evolution. 12 (3): 333–349.
  4. ^ Denk, T., Grimm, G. W., Manos, P. S., Deng, M., & Hipp, A. L. (2017). An updated infrageneric classification of the oaks: review of previous taxonomic schemes and synthesis of evolutionary patterns. Oaks physiological ecology. Exploring the functional diversity of genus Quercus L., 13-38.
  5. ^ a b ċ d e "Evergreen Holm Oak – Quercus ilex – Il-balluta – Chadwick Lakes" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-21.
  6. ^ a b ċ d Calleja, Eman J. (2018). Trres and Shrubs of the Maltese Islands and their Habitats (bl-Ingliż). Qrendi, Malta: Nature Trust-FEE Malta. ISBN 978-99957-1-124-5.
  7. ^ a b ċ Bean, W. J. (1976) Trees and shrubs hardy in the British Isles 8th ed., revised. John Murray
  8. ^ a b ċ Bonello, Christopher (1991). The ecology of the oak tree (Quercus ilex L.) from two sites in Malta (bachelorThesis) (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-21.
  9. ^ a b ċ De Rigo, D., & Caudullo, G. (2016). Quercus ilex in Europe: Distribution, habitat, usage and threats. European Atlas of Forest Tree Species; San-Miguel-Ayanz, J., de Rigo, D., Caudullo, G., Houston Durrant, T., Mauri, A., Eds, 152-153.
  10. ^ Bean, W. J. (1976) Trees and shrubs hardy in the British Isles 8th ed., revised.
  11. ^ Denk, Thomas; W. Grimm, Guido; S. Manos, Paul; Deng, Min; Hipp., Andrew L. (2017). Appendix 2.1:        An updated infrageneric classification of the oaks. figshare. Dataset. doi: https://doi.org/10.6084/m9.figshare.5547622.v1
  12. ^ "Quercus rotundifolia Lam. (1785)". International Oak Society. Miġbur 31 December 2020.
  13. ^ "holm etymology". ETYMOLOGEEK. Miġbur 30 December 2021.
  14. ^ Grech, C. F. (2001). A forest history of the Maltese islands to AD 1800 (Doctoral dissertation, University of Aberdeen).
  15. ^ Environment and Resources Authority (ERA) (2019). BioSnippet Issue 13 Holm Oak. https://era.org.mt/. Retrieved from https://era.org.mt/wp-content/uploads/2019/09/BioSnippet_13-Holm_Oak.pdf
  16. ^ Delzon, Sylvain; Urli, Morgane; Samalens, Jean-Charles; Lamy, Jean-Baptiste; Lischke, Heike (2013-11-18). "Field Evidence of Colonisation by Holm Oak, at the Northern Margin of Its Distribution Range, during the Anthropocene Period". PLOS ONE (bl-Ingliż). 8 (11): e80443.
  17. ^ "The holm oaks of Ventnor Downs". National Trust. Miġbur 9 May 2018.
  18. ^ "Holm Oak | The Wood Database - Lumber Identification (Hardwood)". Miġbur 13 March 2021.
  19. ^ Ciciliot, F. Garbo Timber. In: Tzalas, H. E., ed. 7th International Symposium on Ship Construction in Antiquity Proceedings, 2002 Athens. Hellenic Institute for the Preservation of Nautical Tradition, 255-265.
  20. ^ Uzquiano, P.; Ruiz-Zapata, MaB.; Gil-Garcia, MaJ.; Fernández, S.; Carrión, J. S. (2016-12-01). "Late Quaternary developments of Mediterranean oaks in the Atlantic domain of the Iberian Peninsula: The case of the Cantabrian region (N Spain)". Quaternary Science Reviews. 153: 63–77. Parametru mhux magħruf |iktar= injorat (għajnuna)
  21. ^ "The Natural Gardener". thenaturalgardener.co.uk. Miġbur 13 March 2021.
  22. ^ Taschen, E., Sauve, M., Vincent, B., Parladé, J., Van Tuinen, D., Aumeeruddy-Thomas, Y., ... & Richard, F. (2020). Insight into the truffle brûlé: tripartite interactions between the black truffle (Tuber melanosporum), holm oak (Quercus ilex) and arbuscular mycorrhizal plants. Plant and Soil, 446, 577-594.doi:https://doi.org/10.1007/s11104-019-04340-2
  23. ^ Britton, J. & Brayley, E. W. (1803). Beauties of England & Wales. Vol. 4: Devon & Cornwall, Devonshire, p. 99. Various publishers.
  24. ^ Johnson, O. (2011). Champion Trees, of Britain & Ireland, Kew Publishing, London. ISBN 9781842464526
  25. ^ Editors of Time Out (2010). The Great Trees of London, Time Out, London. ISBN 9781846701542
  26. ^ "Encino de las Tres Patas. (Mendaza)". Árbol y Bosque del año (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-10-21.
  27. ^ "Holm Oak 'Ilice di Carrinu' in the woods of Carlino, Milo, Sicily, Italy". www.monumentaltrees.com. Miġbur 2023-10-21.
  28. ^ Borġ, J. (1927) Descriptive Flora of the Maltese Islands, Malta: Government Printing Office
  29. ^ Baldacchino, Alfred.E. (2018). Sigar Maltin Taghrif, Tnissil, Ħarsien, Għajdut (bil-Malti). Klabb Kotba Maltin. ISBN 978-99932-7-650-0.
  30. ^ Flora of the Maltese Islands, Hans Christian Weber, Bernd Kendzior, 2006, Margraf Publishers p. 184
  31. ^ Robinson, Madeline (2018-03-29). "Temples, Tombs and Trees: Towards A Reconstruction of the Neolithic Temples of Malta" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)
  32. ^ Henderson, Jeffrey. "Book III: Ode 14". Loeb Classical Library (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-21.