Daniel Schneidermann
Daniel Schneidermann (Pariġi, 5 ta' April 1958) hu ġurnalist Franċiż u li f'xogħlu jiffoka l-aktar fuq l-analiżi tal-immaġini televiżiva. Hu hu l-aktar attiv f'rubriki fissi (fil-passat fuq Le Monde u attwalment fuq Libération) u kien parti tal-programm televiżiv Arrêt sur images li kien imxandar mill-istazzjon televiżiv Franċiż France 5 sa Ġunju 2007.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li kien tħarreġ f'Centre de formation des journalistes, Daniel Schneidermann ingħaqad mal-gazzetta Le Monde fl-1981, fejn sentejn wara sar korrispondent għal barra. Fl-1992, hu beda jippubblika rubriki fil-ġurnal fuq it-tema tat-televiżjoni. F'din ir-rubrika huwa kkritika l-mod kif it-televiżjoni tippreżenta l-informazzjoni u kif tinfluwenza lit-telespettaturi, fejn kompla t-tradizzjoni ta' kritika televiżiva li kienet bdiet tletin sena qabel minn kittieba bħal François Mauriac u Morvan Lebesque.
Fl-1995, is-suċċess tar-rubriki miktuba minnu tawh iċ-ċans li joħloq programm ta' kull ġimgħa fuq France 5 bl-isem ta' Arrêt sur images, fejn serva kemm bħala produttur u moderatur. Fl-ewwel sena ta' preżentazzjoni, il-ġurnalista Pascale Clark ikkonduċih miegħu. Il-programm kien jaffronta t-tema tal-immaġini u d-diskussjonijiet televiżivi u, bl-għajnuna ta' diversi ġurnalisti u kronisti, janalizza s-sorsi u s-suċċess tal-użu narrattiv tal-istampa. Il-programm jipprova juża' l-internet għall-għanijiet ta' krìtika personali. Kull xahar, il-persuna responsabbli li jsegwi d-dibatti tat-telespettaturi fuq il-forum tal-internet ta' Arrêt sur images,[1] jiġi fil-programm biex jistaqsi lil Daniel Schneidermann dwar rimarki li l-kontributuri tas-sit bagħtu.
Schneidermann kompla jikteb ir-rubriki tiegħu, li saru ta' kull ġimgħa, fuq Le Monde. F'Ottubru 2003, ġie liċenzjat, wara l-publikazzjoni tal-ktieb tiegħu Le Cauchemar médiatique, fejn iddeplora l-fatt li d-direzzjoni ta' Le Monde ma weġbitx għall-krìtika li rċiviet mill-awturi tal-ktieb La face cachée du Monde. Fl-aħħar artiklu tar-rubrika tiegħu (Une chronique à la mer) esprima s-sorpriża u d-delużjoni tiegħu li kien ġie sanzjonat minn gazzetta li tistqarr lilha nnifisha bħala mudell ta' trasparenza. B'hekk hu sar kronista tal-istampa b'rubrika pubblikata kull nhar ta' Ġimgħa fuq il-gazzetta ta' kuljum Libération, li l-pubblikatur tagħha, Serge July, kien irridìkola fl-1989 fil-ktieb tiegħu Où sont les caméras ? lik Schneiderman talli "biddel in-naħat".
Schneidermann juri wkoll interess għall-analisi tal-internet[2] bħala sors ta' informazzjoni, partikularment fl-iżvilupp tal-bloggs,[3] u tas-sit elettroniku tal-Wikipedija.[4] Fl-2005, ma' David Abiker u Judith Bernard, ħoloq il-Big Bang Blog,[5] fejn fuqu jista' jesprimi ideat li ma jkunx possibli li jsibu spazju fuq ir-rubriki jew fil-programmi televiżi tiegħu, u kif ukol biex jiddefendi lilu nnifsu mill-krìtika li jista' jirċievi.
Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]- Tout va très bien, monsieur le ministre, Belfond, 1987, ISBN 2-7144-2069-9
- Où sont les caméras ?, Belfond, 1989, ISBN 2-7144-2308-6
- Un certain Monsieur Paul, l'affaire Touvier, Fayard, 1989 (ma' Laurent Greilsamer), ISBN 2-213-59248-9
- Les Juges parlent, Fayard, 1992 (ma' Laurent Greilsamer), ISBN 2-213-02939-3
- La Disparue de Sisterane, Fayard, 1992, ISBN 2-213-02847-8
- Arrêts sur images, Fayard, 1994, ISBN 2-213-59180-6
- Anxiety Show, Arléa, 1994, ISBN 2-86959-216-7
- Nos mythologies, Plon, 1995, ISBN 2-259-18164-3
- L'Étrange Procès, Fayard, 1998, ISBN 2-213-60104-6
- Du journalisme après Bourdieu, Fayard, 1999, ISBN 2-213-60398-7
- Les Folies d'Internet, Fayard, 2000, ISBN 2-213-60694-3
- Où vont les juges ?, Fayard, 2002 (ma' Laurent Greilsamer), ISBN 2-213-61077-0
- Le Cauchemar médiatique, Denoël, 2003, ISBN 2-07-031704-8
Daniel Scheidermann ipproduċa dokumentarju:
- Kosovo, des journalistes dans la guerre ("Kosovo, ġurnalisti fil-gwerra") (Arte, 2000, tul: 90 minuta)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-17. Miġbur 2008-08-02.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ^ « Le premier responsible du trop d'information, c'est Internet » - Diskursata mit-18 t'Ottubru 2005 fuq is-sit elettroniku tal-gazzetta Libération.
- ^ Podcasting: intervista ma' Daniel Schneidermann fuq il-bloggs fuq is-sit elettroniku Pointblog.com ippubblikata fl-24 ta' Frar 2006.
- ^ « Wikipédia, ses espoirs, ses menaces » - Sezzjoni tal-gazzetta Libération.
- ^ http://www.bigbangblog.org/
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Big Bang Blog – il-blogg ta' Daniel Schneidermann, David Abiker, Judith Bernard u Christine Clerc
- Ciel, j’ai ma notice dans Wikipedia! – Schneidermann jitkellem fil-blogg tiegħu dwar il-Wikipedija
- Arrêt sur Images – sit uffiċjali tal-programm