Daniel Schneidermann

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Daniel Schneidermann

Daniel Schneidermann (Pariġi, 5 ta' April 1958) hu ġurnalist Franċiż u li f'xogħlu jiffoka l-aktar fuq l-analiżi tal-immaġini televiżiva. Hu hu l-aktar attiv f'rubriki fissi (fil-passat fuq Le Monde u attwalment fuq Libération) u kien parti tal-programm televiżiv Arrêt sur images li kien imxandar mill-istazzjon televiżiv Franċiż France 5 sa Ġunju 2007.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Wara li kien tħarreġ f'Centre de formation des journalistes, Daniel Schneidermann ingħaqad mal-gazzetta Le Monde fl-1981, fejn sentejn wara sar korrispondent għal barra. Fl-1992, hu beda jippubblika rubriki fil-ġurnal fuq it-tema tat-televiżjoni. F'din ir-rubrika huwa kkritika l-mod kif it-televiżjoni tippreżenta l-informazzjoni u kif tinfluwenza lit-telespettaturi, fejn kompla t-tradizzjoni ta' kritika televiżiva li kienet bdiet tletin sena qabel minn kittieba bħal François Mauriac u Morvan Lebesque.

Fl-1995, is-suċċess tar-rubriki miktuba minnu tawh iċ-ċans li joħloq programm ta' kull ġimgħa fuq France 5 bl-isem ta' Arrêt sur images, fejn serva kemm bħala produttur u moderatur. Fl-ewwel sena ta' preżentazzjoni, il-ġurnalista Pascale Clark ikkonduċih miegħu. Il-programm kien jaffronta t-tema tal-immaġini u d-diskussjonijiet televiżivi u, bl-għajnuna ta' diversi ġurnalisti u kronisti, janalizza s-sorsi u s-suċċess tal-użu narrattiv tal-istampa. Il-programm jipprova juża' l-internet għall-għanijiet ta' krìtika personali. Kull xahar, il-persuna responsabbli li jsegwi d-dibatti tat-telespettaturi fuq il-forum tal-internet ta' Arrêt sur images,[1] jiġi fil-programm biex jistaqsi lil Daniel Schneidermann dwar rimarki li l-kontributuri tas-sit bagħtu.

Schneidermann kompla jikteb ir-rubriki tiegħu, li saru ta' kull ġimgħa, fuq Le Monde. F'Ottubru 2003, ġie liċenzjat, wara l-publikazzjoni tal-ktieb tiegħu Le Cauchemar médiatique, fejn iddeplora l-fatt li d-direzzjoni ta' Le Monde ma weġbitx għall-krìtika li rċiviet mill-awturi tal-ktieb La face cachée du Monde. Fl-aħħar artiklu tar-rubrika tiegħu (Une chronique à la mer) esprima s-sorpriża u d-delużjoni tiegħu li kien ġie sanzjonat minn gazzetta li tistqarr lilha nnifisha bħala mudell ta' trasparenza. B'hekk hu sar kronista tal-istampa b'rubrika pubblikata kull nhar ta' Ġimgħa fuq il-gazzetta ta' kuljum Libération, li l-pubblikatur tagħha, Serge July, kien irridìkola fl-1989 fil-ktieb tiegħu Où sont les caméras ? lik Schneiderman talli "biddel in-naħat".

Schneidermann juri wkoll interess għall-analisi tal-internet[2] bħala sors ta' informazzjoni, partikularment fl-iżvilupp tal-bloggs,[3] u tas-sit elettroniku tal-Wikipedija.[4] Fl-2005, ma' David Abiker u Judith Bernard, ħoloq il-Big Bang Blog,[5] fejn fuqu jista' jesprimi ideat li ma jkunx possibli li jsibu spazju fuq ir-rubriki jew fil-programmi televiżi tiegħu, u kif ukol biex jiddefendi lilu nnifsu mill-krìtika li jista' jirċievi.

Biblijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Daniel Scheidermann ipproduċa dokumentarju:

  • Kosovo, des journalistes dans la guerre ("Kosovo, ġurnalisti fil-gwerra") (Arte, 2000, tul: 90 minuta)

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-17. Miġbur 2008-08-02.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  2. ^ « Le premier responsible du trop d'information, c'est Internet » - Diskursata mit-18 t'Ottubru 2005 fuq is-sit elettroniku tal-gazzetta Libération.
  3. ^ Podcasting: intervista ma' Daniel Schneidermann fuq il-bloggs fuq is-sit elettroniku Pointblog.com ippubblikata fl-24 ta' Frar 2006.
  4. ^ « Wikipédia, ses espoirs, ses menaces » - Sezzjoni tal-gazzetta Libération.
  5. ^ http://www.bigbangblog.org/

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]