Rubin
Dehra
| Rubin | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Saltna | Animalia |
| Phylum | Arthropoda |
| Klassi | Insecta |
| Ordni | Lepidoptera |
| Familja | Erebidae (mul) |
| Ġeneru | Phragmatobia |
| Speċi | Phragmatobia fuliginosa |
| sottospeċi | Phragmatobia fuliginosa melitensis Bang-Haas (en), 1927
|
Ir-Rubin (Phragmatobia fuliginosa ssp. melitensis) hija kamla endemika fil-Gzejjer Maltin u tifforma parti mill-familja Arctiidae.
Informazzjoni ġenerali
[immodifika | immodifika s-sors]Din il-kamla tista' tikber sa 20mm.[1] Il-ġwienaħ ta' quddiem huma kannella skur filwaqt li il-ġwienaħ ta' wara huma ħomor u roża. Wieħed jista' jinnota wkoll xi marki fuq il-ġwienaħ; dawk ta' quddiem għandhom tik'ka waħda u waqt li ta' wara għandhom madwar erba' tikek kull waħda.
Il-larva tal-kamla tidher qiesha miksija bis-suf, ħaġa komuni f'dawn it-tipi ta' kamla. Fil-fatt, bl-Ingliż jissejħu wooly bears.
Ikel
[immodifika | immodifika s-sors]Il-larva tiekol il-fidloqqom Borrago officinalis, u pjanti mill-ġeneru Echium (eż. Lsien il-Fart Abjad) Echium italicum (Pale Bugloss bl-Ingliż).[1]