Regina (grupp)
Regina | |
---|---|
Oriġini | Sarajevo, Bożnija u Ħerżegovina |
Ġeneru | Rock, pop |
Snin ta' attività | 1990–2000, 2006–preżent |
Sit uffiċjali | www.gruparegina.com |
Regina hu grupp rock fundat fl-1990 f'Sarajevo, ġewwa l-Bożnija u Ħerżegovina.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Tlieta mill-membri kurrenti, Aleksandar, Bojan u Denis bdew bħala grupp fil-garaxx. Kienet diffiċli li jsibu l-kantant prinċipali t-tajjeb, imma wara żmien twil ifittxu huma sabu lil Davor Ebner. Ġaladarba l-grupp Regina ġie maħluq, huma gawdew minn suċċess mal-Jugożlavja kollha. Il-kanzunetti tagħhom kienu ispirati mill-grupp Irlandiż, il-U2. Meta faqqet il-gwerra fil-Bożnija u Ħerżegovina, membri Serbi telqu minn Sarajevo għal Belgrad, ġewwa s-Serbja, u Regina komplew il-karriera tagħhom sas-sena 2000 meta Aleksandar beda karriera bħala solista, bħal ma għamel Aco Regina. Fl-2006, il-grupp reġa' ngħaqad bil-membri oriġinali tiegħu u deher f'festival tar-radju Serb organizzat minn Radio S.
Eurovision 2009
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar it-12 ta' Jannar, 2009, ġie ikkonfermat il-parteċipazzjoni tagħhom bħala l-ambaxxaturi tal-Bożnija u Ħerżegovina fil-Festival tal-Eurovision 2009, bil-kanzunetta Bistra voda (Ilma ċar).[1] Il-kanzunetta ħdaet sehem fl-ewwel semifinali u ntagħżlet fost l-għaxar kanzunetti li għaddew għall-finali.
Albums
[immodifika | immodifika s-sors]- Regina (1990)
- Ljubav nije za nas (1992)
- Oteto od zaborava (1994)
- Godine lete (1995)
- Ja nisam kao drugi (1997)
- Kad zatvorim oči (1999)
- Devedesete (2000)
- Sve mogu ja (2006)