Aqbeż għall-kontentut

Provinċja ta' Ragusa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Provinċja ta' Ragusa
Pajjiż
Reġjun
 Italja
Sqallija
Gvern
 • President

Dario Cartabellotta (Commissario Prefettizio)
Elevazzjoni
Erja
 • Total

1 623,89 km2
Popolazzjoni (2016)
 • Total
 • Densità

320 226
197,2/km2
Żona tal-ħin
 • Sajf
CET (UTC+1)
CEST (UTC+2)
Kodiċi postali 97100-97010-97019
Websajt www.provincia.ragusa.it

Provinċja ta' Ragusa (bit-Taljan: Provincia Regionale di Ragusa; bl-Isqalli: Pruvincia Riggiunali ri Rausa) hi provinċja fil-Lbiċ tar-reġjun awtonomu ta' Sqallija, l-Italja. Il-kapitali tal-provinċja hi l-belt ta' Ragusa, li hi l-iktar belt provinċjali kapital 'l isfel tal-Italja kollha.

Minn Scoglitti sa Pozzallo, il-kosta ta' Ragusa hi twila bejn wieħed u ieħor 85km (53 mil). Tul il-kosta Ragusana hemm ħafna irħula tas-sajd, bħal Kaukana, Punta Secca, Marina di Ragusa u Marina di Modica. Il-muntanji Iblei jiddominaw it-Tramuntana tal-provinċja u l-ogħla quċċati huma Monte Lauro, Monte Casale u Monte Arcibessi. Ix-xmajjar tal-provinċja huma Irminio, Dirillo u Ippari, u l-unika għadira tal-provinċja hi l-Lago di Santa Rosalia tul il-korsa tax-xmara Irminio. Il-profil ta' Ragusa jikkonsisti f'torrijiet, kattidrali (duomo) u koppliet ta' knejjes li l-provinċja hi magħrufa għalihom. Il-parti l-kbira taż-żona baqgħet naturali, ma ntmissitx għax tul is-seklu 19 u 20 emigraw ħafna nies minn Ragusa għal inħawi iktar prosperi tal-Italja u barra mill-Italja.

Għandha area ta' 1,614 kilometri kwadri (623 mili kwadri) u popolazzjoni ta' 295,264 (2001) b'kollox, b'12-il komun (Taljan: comuni) tal-provinċja.