Aqbeż għall-kontentut

Plagiomenidae

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Plagiomenidae hija familja ta' mammiferi plaċentati estinti, eżattament mammiferi relatati fil-qrib mal-kolugi (il-mammiferi plaċentati li jipplanaw, tal-kontinent tal-Asja mifruxin fin-naħa tax-Xlokk u fuq bosta gżejjer).

Din il-familja qiegħda klassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fis-superordni Euarchontoglires u fl-ordni Dermoptera ma' tliet familji oħra (għalkemm sa ftit żmien ilu ma' dawn kien hemm il-familja Paramomyidae ukoll, li llum il-ġurnata hija kkunsidrata bħala familja tal-ordni Plesiadapiformes), li huma Cynocephalidae, Mixodectidae u Thylacaeluridae.

Il-familja Plagiomenidae hija l-akbar familja tal-ordni Dermoptera kemm fin-numru ta' ġeneri kif ukoll fin-numru ta' speċi. Din tikkonsisti minn żewġ sottofamilji (Plagiomeninae u Ekgmowechashalinae), erba' tribujiet (Planetetheriini, Plagiomenini, Ekgmowechashalini u Tarkadectini), disa' ġeneri (Elpidophorus, Eudaemonema, Planetetherium, Worlandia, Ellesmene, Plagiomene, Ekgmowechashala, Tarka u Tarkadectes) u bosta speċi kollha estinti.

Lista tal-ispeċi fil-familja Plagiomenidae

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]