Pawlu Miki

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
San Pawl Miki

Statwa ta' San Pawl Miki fil-knisja ta' San Martin f'Bamberga, il-Ġermanja (opra ta' Johannes Bitterich)
Martri
Twelid c. 1562
Tounucumada, Ġappun
Mewt 5 ta' Frar, 1597
Nagasaki, Ġappun
Venerat Knisja Kattolika
Beatifikazzjoni 14 ta' Settembru, 1627 minn Papa Urbanu VIII
Kanonizzazzjoni 8 ta' Ġunju, 1862 minn Papa Piju IX
Festa 6 ta' Frar

Pawl Miki jew Paulo Miki (bil-Ġappuniż: パウロ三木; Tounucumada, c. 1562 – Nagasaki, 5 ta' Frar 1597) kien seminarista, martri u qaddis Kattoliku Ruman Ġappuniż. Kien membru Ġiżwita u hu wieħed mis-sitta u għoxrin matri tal-Ġappun.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Imwieled qrib Kjoto minn familja nobbli Ġappuniża, hu rċieva l-magħmudija ta' ħames snin. Ta' 22 sena daħal mal-Ġiżwiti bħala novizz u studja fil-kulleġġi tal-ordni f'Azuchi u Takatsuki, u sar missjunarju. Madanakollu ma setax jiġi ordnat qassis minħabba li ma kienx hemm isqof fil-Ġappun.

Għall-bidu, l-awtorità tal-pajjiż ħalliet id-diffużjoni tal-Kristjaneżmu, imma fl-1587 id-dajmjo Ġappuniż, Toyotomi Hideyoshi, beżgħan mill-influwenza u l-intenzjonijiet tal-Ġiżwiti, beda jippersegwita lill-Kattoliċi. Miki kien mitfugħ il-ħabs f'Diċembru ta' dik is-sena, flimkien ma' żewġ sħab oħra Ġappuniżi tal-ordni tiegħu, sitt patrijiet missjunarji Spanjoli u s-sbatax-il dixxiplu lokali tagħhom, terzjarji Franġiskani. Hu u sħabu l-Kattoliċi kellhom jimxu 600 mil minn Kjoto għal Nagasaki, fejn tul dan il-vjaġġ kantaw it-talba tat-Te Deum. Mal-wasla tagħhom f'din il-belt bl-ikbar popolazzjoni ta' Kattoliċi fil-Ġappun, Miki ġie imsallab fil-5 ta' Frar 1597. Hu għamel l-aħħar diskors tiegħu fuq is-salib, u hu mifhum li hu ħafer lil dawk li qatluh. Imsallbin miegħu kien hemm ukoll Joan Soan (de Gotó) u Santiago Kisai, it-tnejn li huma membri tas-Soċjetà ta' Ġesù, flimkien ma' tlieta u tletin qassisin oħra u lajċi.

Hu ġie beatifikat, flimkien ma' sħabu martri, fl-14 ta' Settembru 1627 minn Papa Urbanu VIII. Aktar tard fl-1862, ġie kanonizzat minn Papa Piju IX. Il-festa liturġika tiegħu tiġi ċċelebrata fis-6 ta' Frar.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]