Aqbeż għall-kontentut

Partit Nazzjonalista Demokratiku (Malta, 1921–1926)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Partit Nazzjonalista Demokratiku (bit-Taljan: Partito Democratico Nazionalista) kien partit politiku konservattiv f'Malta.

Il-partit twaqqaf fl-1883 bħala l- Partit Anti-Riformista (bit-Taljan: Partito Anti-Riformista) minn Fortunato Mizzi.[1] Rebaħ seba' mit-tmien siġġijiet fil-Kunsill tal-Gvern fl-elezzjonijiet ta' dik is-sena.[2]

Fl-1903 ingħata l-isem ġdid ta' Partit Nazzjonali (bit-Taljna: Partito Nazionale). Fl-1921 sar il-Partit Demokratiku Nazzjonalista, imwaqqaf minn Enrico Mizzi (iben Fortunato) biex jassorbi l-partit l-antik.[1]Vincent E. McHale (1983) Political parties of Europe, Greenwood Press, p630 ISBN 0-313-23804-9ISBN 0-313-23804-9</ref> Huwa rebaħ biss erbgħa mit-32 siġġu fl-elezzjonijiet tal-1921, u ħamsa fl-elezzjonijiet tal-1924.

Minħabba n-nuqqas ta' suċċess elettorali, il-partit ingħaqad mal-Unjoni Politika Maltija fl-1926 biex flimkien ifformaw il-Partit Nazzjonalista.[1]

Bħala l-Partito Anti-Riformista, il-partit fittex li jippreserva t-Taljan bħala l-lingwa tal-edukazzjoni, il-gvern u l-liġi, u kien favur li l-knisja żżomm il-poter tagħha. Kien appoġġjat fil-biċċa l-kbira minn professjonisti urbani għonja.[1] Meta sar il-Partit Nazzjonali fl-1903, il-partit ħaddan politika ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet Brittaniċi.[1]

Il-Partit Nazzjonalista Demokratiku kellu l-għan li jwessa’ l-bażi ta’ partitarji tiegħu billi jippromwovi l-benesseri soċjali, iżda żamm l-impenn tiegħu li jagħmel il-lingwa Taljana lingwa uffiċjali flimkien mal-Ingliż.[1]

Rizultati elettorali

[immodifika | immodifika s-sors]
Elezzjoni Mexxej Voti % Sedili +/– Pożizzjoni Status
1921 Enrico Mizzi 2,465 12.0
4 / 32
4 Oppożizzjoni
1924 Enrico Mizzi 4,188 17.4
5 / 32
Increase1 4 Gvern ta' koalizzjoni
  1. ^ a b ċ d e f Vincent E. McHale (1983) Political parties of Europe, Greenwood Press, p630 ISBN 0-313-23804-9
  2. ^ Michael J Schiavone (1987) L-Elezzjonijiet F'Malta 1849–1981, Pubblikazzjoni Bugelli, p.177

Mudell:Partiti politiċi ta'PMalta