Palazz ta' Sant'Anton
Data meta nħoloq | 1625 |
---|---|
Has use | official residence |
Native label | Palazz ta' Sant'Anton |
Pajjiż | Malta |
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Ħ'Attard |
Koordinati | 35°53′47″N 14°26′49″E |
Propjetarju | Gvern ta' Malta |
Ikkummissjonat minn | Antoine de Paule |
Indirizz stradali | Triq Sant Anton |
Il-Palazz ta' Sant'Anton huwa palazz li jinsab tista' tgħid fiċ-ċentru ta' Ħ'Attard, Malta. Hija ir-residenza uffiċjali tal-President ta' Malta, li fiha wieħed jista' jgawdi il-ġonna kemm privati kemm dawk pubbliċi ta' Sant'Anton.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Dan il-palazz maestuż, illum għall-abitazzjoni tal-Presidenti ta' Malta, ġie mibni madwar l-1620 mill-Gran Mastru de Paule li kien joqgħod fih qabel ma ġie maħtur Gran Mastru. Għalkemm l-istoriċi lkoll jaqblu li dan il-palazz inbena qabel ma de Paule tela' Gran Mastru, Castagna jgħid li l-palazz sar madwar l-1625, jiġifieri sentejn wara t-tlugħ tiegħu fil-Maġistratura Calleja jgħid li nbena fl-1635. Fil-bidu tiegħu dan il-palazz kien iżgħar milli hu llum għaliex il-Gran Mastru de Paule meta sar sultan, kabbru. Dan ifisser li hemm kellu villa jew dar biss, li meta laħaq fil-Maġistratura ta' pranzu fih li kienu mistednin 600 ruħ.
Ġonna
[immodifika | immodifika s-sors]Il-ġonna ta' Sant'Anton, miftuħin għall pubbliku mill-1882, huma ġonna tista tgħid arjużi, miżrugħa b'ħafna siġar ta' kull tip u b'ħafna fjuri li jpinġu l-arja. Fost il-ħafna siġar, wieħed jista' jsib siġar li kienu ilhom hemm xi tliet sekli. Hemm numru kbir ta' larinġ kif ukoll ta' palm. Fid-diversi vaski hemm papri u ċinji, imbagħad sezzjoni mdaqqsa għal-għasafar.
Il-Palazz
[immodifika | immodifika s-sors]Is-swali tal-palazz huma kbar biżżejjed u arjużi. Fost il-Prinċipijiet Irjali li laqa' fih dan il-Palazz insibu li twieldet fih il-Prinċipessa Melita ta' Wales fl-1877-78, bint id-Duka ta' Edinburgh. Il-Gran Mastru Manoel de Vilhena ħaseb biex jibni fin-naħa ta' ġewwa qrib il-bieb ewlieni għajn li fuqha jinqara dan il-kliem minqux fl-irħam:
QUAS PROPRIAE HUC AEDIS DE PAULE ADDUXIT IN USAS COMMUNES MANOEL PROVIDUS AGIT AQUAS MDCCXXIIIC