Pajsaġġ Arkeoloġiku tas-Sassanidi fil-Provinċja ta' Fars

Il-Pajsaġġ Arkeoloġiku tas-Sassanidi fil-Provinċja ta' Fars (bil-Persjan: چشمانداز باستانشناسی ساسانی منطقه فارس) huwa t-titlu uffiċjali mogħti mill-UNESCO lil tmien siti arkeoloġiċi ta' żmien is-Sassanidi, li jinsabu fix-Xlokk tal-provinċja ta' Fars, l-Iran. Il-Pajsaġġ Arkeoloġiku tas-Sassanidi fil-Provinċja ta' Fars tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-30 ta' Ġunju 2018.[1][2]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Pajsaġġ Arkeoloġiku tas-Sassanidi fil-Provinċja ta' Fars ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2018.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]| Sit | Ritratt | Pożizzjoni |
|---|---|---|
| Qal'eh Dokhtar | Firuzabad | |
| Tinqix tal-Investitura ta' Ardashir | Firuzabad | |
| Tinqix tar-Rebħa ta' Ardashir | Firuzabad | |
| Khurreh ta' Ardashir | Firuzabad | |
| Palazz ta' Ardashir | Firuzabad | |
| Belt ta' Bishapur | Bishapur | |
| Għar ta' Shapur | Bishapur | |
| Palazz ta' Sarvestan | Sarvestan |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- 1 2 3 Centre, UNESCO World Heritage. "Sassanid Archaeological Landscape of Fars Region". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-28.
- ↑ Centre, UNESCO World Heritage. "Four sites added to UNESCO's World Heritage List". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-28.