Aqbeż għall-kontentut

Opossum ta' denbu qasir tal-ġnub ħomor tal-kappa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Opossum ta' denbu qasir tal-ġnub ħomor tal-kappa
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill,1872)
Familja: Didelphidae
(Gray,1821)
Sottofamilja: Didelphinae
Ġeneru: Monodelphis
(Burnett,1830)
Speċi: M. palliolata
Isem binominali
Monodelphis palliolata
(Osgood,1914)
Firxa ta' Monodelphis palliolata

L-Opossum ta' denbu qasir tal-ġnub ħomor tal-kappa, magħruf xjentifikament bħala Monodelphis palliolata, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ta' denbhom qosra linqas fost l-opossumi li huma addattati għal ħajja fis-siġar (Nowak,1999), nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.

Dan l-opossum ta' denbu qasir ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat kemm ta' foresti subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f' artijiet bil-ħaxix subtropikali u f' artijiet tropikali baxxi xotti.

L-Opossum ta' denbu qasir tal-ġnub ħomor tal-kappa huwa marsupjal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn bajd, frott, insetti varji u annimali vertebrati żgħar, bħal rodituri u flieles ta' l-għasafar.

Distribuzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Monodelphis palliolata għandu distribuzjoni fil-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel u huwa speċi endemika tal-Venezwela. L-ewwel darba li instab kien fil-lokalita ta' San Juan de Colon, fl-istat ta' Tachira fil-Venezwela.

Klassifikazjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

"Monodelphis brevicaudata palliolata" huwa sinonimu jew l-istess u jirreferi għal Monodelphis palliolata ta' Osgood, 1914.

  • Field Mus. Nat. Hist. Publ., Zool Ser., 10: 135.
  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
  • The Paleobiology Database.

Ħoloq Esterni

[immodifika | immodifika s-sors]