Opossum ta' denbu qasir tal-ġnub ħomor tal-kappa
Opossum ta' denbu qasir tal-ġnub ħomor tal-kappa | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae |
Ġeneru: | Monodelphis (Burnett,1830) |
Speċi: | M. palliolata |
Isem binominali | |
Monodelphis palliolata (Osgood,1914) | |
Firxa ta' Monodelphis palliolata |
L-Opossum ta' denbu qasir tal-ġnub ħomor tal-kappa, magħruf xjentifikament bħala Monodelphis palliolata, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ta' denbhom qosra linqas fost l-opossumi li huma addattati għal ħajja fis-siġar (Nowak,1999), nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.
Dan l-opossum ta' denbu qasir ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat kemm ta' foresti subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f' artijiet bil-ħaxix subtropikali u f' artijiet tropikali baxxi xotti.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]L-Opossum ta' denbu qasir tal-ġnub ħomor tal-kappa huwa marsupjal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn bajd, frott, insetti varji u annimali vertebrati żgħar, bħal rodituri u flieles ta' l-għasafar.
Distribuzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Monodelphis palliolata għandu distribuzjoni fil-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel u huwa speċi endemika tal-Venezwela. L-ewwel darba li instab kien fil-lokalita ta' San Juan de Colon, fl-istat ta' Tachira fil-Venezwela.
Klassifikazjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Sinonimi
[immodifika | immodifika s-sors]"Monodelphis brevicaudata palliolata" huwa sinonimu jew l-istess u jirreferi għal Monodelphis palliolata ta' Osgood, 1914.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Field Mus. Nat. Hist. Publ., Zool Ser., 10: 135.
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.