Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Karimi
Dehra
Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Karimi | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Ordni: | Didelphimorphia |
Familja: | Didelphidae |
Ġeneru: | Thylamys |
Speċi: | T. karimii |
Isem binominali | |
Thylamys karimii Petter, 1968 | |
Firxa tal-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Karimi |
L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Karimi, magħruf xjentifikament bħala Thylamys karimii, huwa mammiferu marsupjal tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ġrieden ta' denbhom oħxon.
Dan l-opossum ġurdien ta' denbu oħxon huwa marsupjal kemm arborju (jgħix fis-siġar) kif ukoll terrestri (jgħix mal-art), b'abitudni notturna (attiv bil-lejl). Thylamys karimii huwa marsupjal b' dieta primarjament insettivora, għalkemm frott, bajd tal-għasafar u annimali vertebrati żgħar bħal gremxul u ġrieden huma inklużi fid-dieta ukoll. Din l-ispeċi għandha distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, mifruxa fil-Brażil u endemika ta' dan il-pajjiż.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Thylamys karimii fil-Lista Ħamra tal-IUCN 2006