Opossum irqiq griż
Opossum irqiq griż | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Didelphimorphia |
Familja | Didelphidae |
Ġeneru | Marmosops |
speċi | Marmosops incanus Lund, 1841
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
L-opossum irqiq griż jew l-opossum ġurdien irqiq griż, magħruf xjentifikament bħala Marmosops incanus, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Dan l-opossum irqiq ta' abitudni notturna (annimal li jkunu fil-quċċata ta' l-attivita tiegħu matul il-lejl) huwa marsupjal arborju jew iħobb jgħix fis-siġar (Nowak, 1999) u ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali lejn il-kosta tal-Oċean Atlantiku, mill-livell tal-baħar sa elevazzjonijiet moderati baxxi.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]L-opossum irqiq griż huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar ukoll.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]L-opossum irqiq Marmosops incanus għandu distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel u jinsab f'arja vasta fix-Xlokk tal-Brażil u huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Id-Databażi Palebijoloġika
- Infonatura sit b'informazzjoni dwar il-fawna tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel fosthom il-marsupjali
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Marmosops incanus fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN
- Tassonomija tal-Mammiferi