Nino Ramishvili
Nino Ramishvili | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Tbilisi, 6 Jannar 1910 (in Julian calendar) |
Nazzjonalità |
Imperu Russu Transcaucasian Democratic Federative Republic (en) Repubblika Demokratika tal-Georgia Unjoni Sovjetika Georgia |
Mewt | Tbilisi, 6 Settembru 2000 |
Post tad-dfin | Didube Pantheon (en) |
Familja | |
Konjuga/i | Iliko Sukhishvili (en) |
Għalliema | Maria Perini (en) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
ballerina ballet master (en) koreografu |
Premjijiet |
List
|
Nino Shalvovna Ramishvili (bil-Georgjan: ნინო შალვას ასული რამიშვილი, bir-Russu: Нино Шалвовна Рамишвили; twieldet fid-19 ta' Jannar 1910 - mietet fis-6 ta' Settembru 2000) kienet żeffiena klassika, koreografa u l-konfundatriċi Georgjana taż-Żfin Klassiku Georgjan ta' Sukhishvili. Hi l-iżjed żeffiena Georgjana famuża tal-pajjiż.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Mill-1922 sal-1927, Ramishvili studjat iż-żfin klassiku fl-iskola ta' Maria Perini fil-belt kapitali Tbilisi.
Mill-1927 sal-1936, hija kienet is-solista tat-teatru taż-żfin klassiku ta' Paliashvili, fejn ħadmet fil-produzzjonijiet ta' Abesalom u Eteri, Daisi, Il-Ġrajja ta' Shota Rustaveli, Keto u Kote, u Tsisana.[1]
Fl-1945, flimkien mar-raġel tagħha Iliko Sukhishvili, Ramishvili stabbiliet iż-Żfin Klassiku Nazzjonali ta' Sukhishvili, li inizjalment kien imsejjaħ il-Kumpanija taż-Żfin Statali tal-Georgia, fejn saret solista u għalliema taż-żfin sal-1972.
Fl-1972 hija saret il-koreografa ewlenija taż-Żfin Klassiku Nazzjonali ta' Sukhishvili.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "www.ballet-enc.ru/html/r/ramiqvili.html - Сервис регистрации доменов и хостинга *.RU-TLD.RU". www.ballet-enc.ru. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-05-13. Miġbur 2023-06-20.