Nærøyfjord

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Naerøyfjord.

Nærøyfjord (jew Nærøyfjorden, pronunzjata: [ˈnæ̂ːrœʏˌfjuːɳ]) huwa fjord fil-Muniċipalità ta' Aurland fil-kontea ta' Vestland, in-Norveġja. Il-fjord huwa dejjaq u huwa fergħa ta' Sognefjord, fjord ferm ikbar minnu. Huwa attrazzjoni popolari mat-turisti li jżuru s-sit għal jum bl-itinerarju msejjaħ "Norway in a Nutshell" (in-Norveġja fuq fuq). Il-fjord huwa twil 18-il kilometru (11-il mil) u huwa wiesa' 500 metru (1,600 pied) biss f'xi partijiet.[1]

Ix-xmara Nærøydalselvi tnixxi fil-Wied ta' Nærøydalen għal ġol-fjord fil-villaġġ ta' Gudvangen, qrib l-awtostrada Ewropea E16. Il-villaġġ ta' Bakka u l-Knisja ta' Bakka t-tnejn li huma jinsabu fuq ix-xatt tal-Punent tal-fjord.

Mill-2005, Nærøyfjord tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO flimkien ma' Geirangerfjord u l-Fjords Norveġiżi tal-Punent.[2] Il-fjord ġie kklassifikat mis-Soċjetà tan-National Geographic bħala l-ewwel Sit ta' Wirt Dinji naturali flimkien ma' Geirangerfjord.

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Fjords Norveġiżi tal-Punent ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2005.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".[2]

Fil-kultura popolari[immodifika | immodifika s-sors]

Nærøyfjord intuża wkoll bħala ispirazzjoni għal Arendelle fil-cartoons Frozen.[3]

Gallerija[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Great Norwegian Encyclopedia (bl-Ingliż). 2023. Miġbur 2023. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  2. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "West Norwegian Fjords – Geirangerfjord and Nærøyfjord". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-23.
  3. ^ "Disney's Frozen: Inspired by Norway's beauty". The Globe and Mail (bl-Ingliż). 2013-11-26. Miġbur 2023-08-23.