Muntanji tal-Krimea

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn in-navigazzjoni Aqbeż lejn it-tfittxija
Veduta ta' Demerdji, waħda mill-qċaċet tal-Muntanji tal-Krimea

Il-Muntanji tal-Krimea (bl-Ukren: Кримські гори, trażlitterata Krymski hory; bir-Russu: Крымские горы, trażlitterata Krymskie gory; bit-Tatar tal-Krimea: Qırım dağları) huma medda ta' muntanji li jinsabu b'mod parallel mal-kosta tax-Xlokk tal-Krimea, bejn madwar tmien kilometri u 13-il kilometru mill-baħar. Lejn il-Punent, il-muntanji jibqgħu neżlin f'daqqa sal-Baħar l-Iswed, u lejn il-Lvant, il-muntanji jinbidlu bil-mod f'pajsaġġ tal-isteppa.

Il-Muntanji tal-Krimea jikkonsisti minn tliet ktajjen muntanjużi. L-ogħla waħda hija dik ewlenija. Il-katina muntanjuża Ewlenija hija maqsuma f'diversi mases, magħrufa bħala yayla jew promontorji muntanjużi (Yayla bit-Tatar tal-Krimea tfisser "Mergħa Alpina"). Dawn jinkludu:

  • Baydar Yayla
  • Ay-Petri Yayla
  • Yalta Yayla
  • Nikita Yayla
  • Hurzuf Yayla
  • Babugan Yayla
  • Chatyr-Dag Yayla
  • Dologorukovskaya (Subatkan) Yayla
  • Demirji Yayla
  • Karabi Yayla

L-ogħla qċaċet[immodifika | immodifika s-sors]

Mappa ta' lokalizzazzjoni tal-Muntanji tal-Krimea

L-ogħla quċċata tal-Krimea hija dik ta' Roman-Kosh (bl-Ukren: Роман-Кош; bir-Russu: Роман-Кош, bit-Tatar tal-Krimea: Roman Qoş) fuq Babugan Yayla b'għoli ta' 1,545 metru (5,069 pied). Qċaċet importanti oħra 'l fuq minn 1,200 metru jinkludu:

  • Demir-Kapu (bl-Ukren: Демір-Капу, bir-Russu: Демир-Капу, bit-Tatar tal-Krimea: Demir Qapı), 1,540 metru, f'Babugan Yayla;
  • Zeytin-Kosh (bl-Ukren: Зейтин-Кош; bir-Russu: Зейтин-Кош, bit-Tatar tal-Krimea: Zeytün Qoş), 1,537 metru, f'Babugan Yayla;
  • Kemal-Egerek (bl-Ukren: Кемаль-Егерек, bir-Russu: Кемаль-Эгерек, bit-Tatar tal-Krimea: Kemal Egerek), 1,529 metru, f'Babugan Yayla;
  • Eklizi-Burun (bl-Ukren: Еклізі-Бурун, bir-Russu: Эклизи-Бурун, bit-Tatar tal-Krimea: Eklizi Burun), 1,527 metru, f'Chatyrdag Yayla;
  • Lapata (bl-Ukren: Лапата; bir-Russu: Лапата, bit-Tatar tal-Krimea: Lapata), 1,406 metru, f'Yaltynska Yayla, f'Yalta Yaylası;
  • Demirji tat-Tramuntana (bl-Ukren: Північний Демірджі, bir-Russu: Северный Демирджи, bit-Tatar tal-Krimea: Şimaliy Demirci), 1,356 metru, f'Demirci Yayla;
  • Ai-Petri (bl-Ukren: Ай-Петрі, bir-Russu: Ай-Петри, bit-Tatar tal-Krimea: Ay Petri), 1,234 metru, f'Ay Petri Yaylası.

Mogħdijiet u xmajjar[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kaskata Uchan-su

Il-mogħdijiet muntanjużi tul il-Muntanji tal-Krimea huma:

  • il-Mogħdija ta' Angarskyi ħdejn Perevalne, fi triq minn Alushta sa Simferopol
  • il-Mogħdija jew id-Daħla ta' Baydar ħdejn Foros, li tikkollega l-Wied ta' Baydar u xatt il-baħar
  • il-Mogħdija ta' Laspi ħdejn il-Kap Aya, fi triq minn Yalta sa Sevastopol.

Ix-xmajjar tal-Muntanji tal-Krimea jinkludu x-xmara Alma, ix-xmara Chernaya, u x-xmara Salhir fix-xaqliba muntanjuża tat-Tramuntana u x-xmara Uchan-su fix-xaqliba muntanjuża tan-Nofsinhar li tifforma l-kaskata ta' Uchan-su, l-ogħla kaskata fil-Krimea.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

L-arkeologi sabu l-iżjed bnedmin anatomikament moderni fl-Ewropa fl-għerien ta' Buran-Kaya tal-Muntanji tal-Krimea. Il-fossili għandhom 32,000 sena, u nstabu artefatti marbuta mal-kultura Gravettjana. Il-fossili għandhom marki ta' qatgħat li jissuġġerixxu xi ritwal ta' tneħħija tal-laħam wara l-mewt.[1][2]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Prat, Sandrine; Péan, Stéphane C.; Crépin, Laurent; Drucker, Dorothée G.; Puaud, Simon J.; Valladas, Hélène; Lázničková-Galetová, Martina; van der Plicht, Johannes; et al. (17 June 2011). "The Oldest Anatomically Modern Humans from Far Southeast Europe: Direct Dating, Culture and Behavior". plosone. doi:10.1371/journal.pone.0020834.
  2. ^ "Early human fossils unearthed in Ukraine" (bl-Ingliż). 2011-06-20. Miġbur 2022-03-31.