Aqbeż għall-kontentut

Mukivoru

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Insett ta' l-ordni Auchenorrhyncha eżempju ta' annimal Mukivoru

Mukivoru (mil-Latin "mucus" - muki li tfisser likwidi tal-pjanti u "vorare" - -voru li tfisser taħtaf u tibla l-ikel), huwa definit bħala annimal, b' dieta li tkun tikkonsisti primarjament jew esklużivament minn sustanzi organiċi bħal muku ("mucus") u linfa jew likwidi tal-pjanti ("sap").Mukivoru huwa annimal, ġeneralment speċi ta' insett erbivoru, b' dieta speċjalizzata.

Karatteristiċi Fisiċi

[immodifika | immodifika s-sors]

L-insetti fis-sottordni Auchenorrhyncha li jagħmlu parti mill-ordni Hemiptera għandhom ħalq modofikat u jirrifletti d- dieta speċjalizzata tagħhom. Minnbarra l-pompa u l-muskoli li jaħdmu flimkien u li huma essenzjali biex jiġbdu l-ikel, għandhom parti li tissejjaħ ir-"rostrum" jew "labium" u din hija l-parti biex itaqqbu ġewwa l-pjanta, li mingħajrha ma jkunux jistgħu jilħqu t-tubi minn fejn ikunu għaddejjin il- likwidi jew il-linfa tal-pjanta.

Eżempji ta' Annimali Mukivori

[immodifika | immodifika s-sors]