Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/27 ta' Novembru
Dehra
27 ta' Novembru:
- 1095 – Il-Papa Urbanu II għamel sejħa għall-Ewwel Kruċjata u ddikjara gwerra qaddisa kontra l-Misilmin li kienu okkupaw l-Art Imqaddsa u kienu qegħdin jattakkaw l-Imperu Ruman tal-Lvant.
- 1895 – Alfred Nobel kiteb l-aħħar testment tiegħu li bih stabilixxa l-Premju Nobel.
- 1922 – Howard Carter u Lord Carnarvon saru l-ewwel nies mill-era moderna li daħlu fil-qabar tal-Faragħun Eġizzjan Tutankamun.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1701 – Anders Celsius, inventur u astronomu Żvediż (m. 1744)
- 1903 – Lars Onsager, kimiku Norveġiż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Kimika (m. 1976)
- 1921 – Alexander Dubček, politiku Slovakk (m. 1992)
Mietu f'dan il-jum...
- 8 QK – Orazju (stampa), poeta Ruman (t. 65 QK)
- 450 – Galla Placidia, bint l-Imperatur Ruman Teodosju I u t-tieni mara tiegħu Galla (t. 392 )
- 1955 – Arthur Honegger, kompożitur Franċiż imwieled Żvizzeru (t. 1892)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Virġilju.