Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/26 ta' Frar
Dehra
26 ta' Frar:
- 1266 – Fil-Battalja ta' Benevento, armata mmexxija minn Karlu, Konti ta' Anjou, għelbet l-armata ta' Ġermaniżi u Sqallin taħt Manfredi ta' Sqallija. Manfredi miet fil-battalja u l-Papa Klement IV ħatar lil Karlu bħala re ta' Sqallija u Napli.
- 1815 – Napuljun Bonaparti ħarab minn Elba.
- 2001 – Il-Taliban qerdu żewġ statwi ġganteski tal-Budda f'Bamjan, l-Afganistan.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1564 – Christopher Marlowe, drammaturgu Ingliż li kiteb Il-Lhudi ta' Malta (m. 1593)
- 1802 – Victor Hugo (stampa), kittieb Franċiż (m. 1885)
- 1808 – Honoré Daumier, pittur, skultur, litografu u karikaturista Franċiż (m. 1879)
Mietu f'dan il-jum...
- 1154 – Ir-Re Ruġġieru II ta' Sqallija bin il-Konti Ruġġieru (t. 1093)
- 1266 – Ir-Re Manfredi ta' Sqallija (t. 1232)
- 1770 – Giuseppe Tartini, kompożitur Taljan (t. 1692)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Alessandru ta' Lixandra u San Nestur ta' Magydos.