Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/1 ta' Awwissu
Dehra
1 ta' Awwissu:
- 30 QK – Ottavjanu (aktar tard magħruf bħala Awgustu) daħal Lixandra, fl-Eġittu u ħadha taħt il-ħakma tar-Repubblika Rumana.
- 902 – Taormina, l-aħħar fortizza Biżantina fi Sqallija ittieħdet mill-armata Aglabija.
- 1834 – Il-jasar ġie abbolit fl-Imperu Brittaniku meta ġie fis-seħħ l-Att tal-Abolizzjoni tal-Jasar 1833.
Twieldu f'dan il-jum...
- 10 QK – Klawdju, Imperatur Ruman (m. 54)
- 1744 – Jean-Baptiste Lamarck, xjenzjat Franċiż (m. 1829)
- 1881 – Otto Toeplitz, matematiku Ġermaniż (m. 1940)
Mietu f'dan il-jum...
- 1457 – Lorenzo Valla, umanista Taljan (t. madwar 1406)
- 1464 – Cosimo de' Medici, mexxej ta' Firenze (t. 1386)
- 1557 – Olaus Magnus, kittieb Żvediż (t. 1490)
Kommemorazzjonijiet...
Il-festa nazzjonali tal-Iżvizzera u tal-Ġamajka. Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Alfonsu Marija de Liguori.