Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/16 ta' Lulju
Dehra
16 ta' Lulju:
- 622 – Beda l-kalendarju Iżlamiku.
- 1918 – Il-Bolxeviki qatlu z-Zar Nikola II, il-familja tiegħu, it-tabib tal-familja, il-qaddejja tagħhom u l-kelb tagħhom wara li żammewhom maqfula għal xahrejn fil-kantina ta' dar f'Ekaterinberg, ir-Russja.
- 1945 – Il-Proġett Manhattan: Bdiet l-Età Atomika meta l-Istati Uniti ttestjaw b'suċċess bomba atomika bbażata fuq il-plutonju li splodew fid-deżert ta' New Mexico.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1486 – Andrea del Sarto (stampa), pittur Taljan (m. 1530)
- 1723 – Joshua Reynolds, pittur Ingliż (m. 1792)
- 1796 – Jean-Baptiste Camille Corot, pittur Franċiż (m. 1875)
Mietu f'dan il-jum...
- 1953 – Hilaire Belloc, kittieb Ingliż (t. 1870)
- 1989 – Herbert von Karajan, direttur tal-orkestra Awstrijakk (t. 1908)
- 1994 – Julian Schwinger, fiżiku Amerikan, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (t. 1918)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tal-Verġni Mqaddsa Marija tal-Karmnu.