Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/11 ta' Lulju
Dehra
11 ta' Lulju:
- 1302 – Il-Battalja tal-Ixpruni tad-Deheb (Guldensporenslag bl-Olandiż): koalizzjoni madwar il-bliet Fjammingi għelbet l-armata rjali tar-Re ta' Franza.
- 1789 – Jacques Necker tneħħa minn Ministru tal-Finanzi ta' Franza u din kienet ix-xrara li splodiet l-Attakk fuq il-Bastilja.
- 1987 – Skont il-Ġnus Magħquda, il-popolazzjoni dinjija qabżet iċ-ċifra ta’ 5,000,000,000 (5 biljuni).
Twieldu f'dan il-jum...
- 1916 – Aleksandr Michajlovič Prochorov, fiżiku Russu, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (m. 2002)
- 1931 – Tullio Regge, fiżiku Taljan
- 1934 – Giorgio Armani, stilista Taljan
Mietu f'dan il-jum...
- 1937 – George Gershwin (stampa), kompożitur Amerikan (t. 1898)
- 1989 – Laurence Olivier, attur tal-palk u tal-iskrin Ingliż (t. 1907)
- 2009 – Ji Xianlin, lingwista u paleografu Ċiniż (t.1911)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Benedittu ta' Norcia, ta' Sant'Olga ta' Kjiv u ta' San Piju I.