Opossum ta' denbu qasir tal-Perù
Opossum ta' denbu qasir tal-Perù | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill, 1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray, 1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae (Gray, 1821) |
Ġeneru: | Monodelphis (Burnett, 1830) |
Speċi: | M. ronaldi |
Isem binominali | |
Monodelphis ronaldi (Solari, 2004) | |
![]() | |
Firxa tal-opossum ta' denbu qasir tal-Perù |
L-Opossum ta' denbu qasir tal-Perù, magħruf xjentifikament bħala Monodelphis ronaldi, huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ta' denbhom qosra l-inqas fost l-opossumi li huma addattati għal ħajja fis-siġar, ntativ tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Dan l-opossum ta' denbu qasir ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat kemm ta' foresti subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f'artijiet bil-ħaxix subtropikali u f'artijiet tropikali baxxi. L-Opossum ta' denbu qasir tal-Perù huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati żgħar oħra.
Monodelphis ronaldi għandu distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel u huwa speċi endemika tal-Perù. Dan il-marsupjal kien skopert għal ewwel darba fl-2004 f'Pakitza, fil-Park Nazzjonali ta' Manú, parti mid-dipartiment ta' Madre de Dios, fix-Xlokk tal-Perù (11°56'S, 71°17'W), f'elevazjoni ta' madwar 356 metru 'l fuq mill-livell tal-baħar.
Klassifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]
- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Ġeneru Monodelphis
- Opossum ta' denbu qasir tal-Perù, Monodelphis ronaldi
- Ġeneru Monodelphis
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
- Id-Databażi Palebijoloġika