Mimolagus
Dehra
| Mimolagus | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Sottodiviżjoni: | *Mimolagus rodens |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Eutheria |
| Superordni: | Euarchontoglires |
| Ordni: | Lagomorpha |
| Familja: | Mimolagidae |
| Ġeneru: | Mimolagus (Bohlin, 1951) |
Mimolagus huwa ġeneru estint ta' mammiferi lagomorfi (il-fniek, liebri u piki), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha u fil-familja Mimolagidae (lagomorfi primittivi). Dan huwa l-uniku ġeneru fil-familja Mimolagidae u għandu speċi waħda biss estinta.
L-iskeletru postkraniku ta' din l-ispeċi mil-Paleoġen tal-Asja bi żball kien ġie deskritt bħala skeletru ta' ġerriem u b'hekk mhux ta' Mimolagus il-lagomorfu. Madankollu, l-istruttura tas-sieq tikkonferma l-affinità mal-lagomorfi u b'hekk ġie konkluż li l-kranju u l-iskeletru huma tal-istess individwu.
Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-ġeneru Mimolagus
[immodifika | immodifika s-sors]- Ġeneru Mimolagus (Bohlin, 1951) (estint)
- Mimolagus rodens (Bohlin, 1951) (estinta)