Maurizio Malvestiti
Maurizio Malvestiti | |||||
---|---|---|---|---|---|
![]() | |||||
11 Ottubru 2014 - ← Giuseppe Merisi
2014 - ← Giuseppe Merisi Dioceses: Roman Catholic Diocese of Lodi (en) ![]() | |||||
Ħajja | |||||
Twelid |
Marne (en) ![]() | ||||
Nazzjonalità | Italja | ||||
Edukazzjoni | |||||
Lingwi | Taljan | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni | Qassis Kattoliku |
Maurizio Malvestiti (Marne di Filago, 25 ta' Awwissu 1953) hu l-Isqof tal-Djoċesi ta' Lodi.
Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]
Twieled fil-Marne di Filago, Provinċja ta' Bergamo u ġie ordnat saċerdot fil-11 ta' Ġunju 1977.
Mill-1978 sal-1994 kien jgħallem fis-seminarju ta' Bergamo. Mill-1994 sal-2009 kien uffiċjal fil-Kongregazzjoni għall-Knejjes Orjentali.[1] Fid-29 ta' Ġunju 2009, huwa sar sottosegretarju tal-kongregazzjoni u wara sar l-segretarju privat tat-tliet prefetti, il-kardinali Achille Silvestrini, Ignace Moussa Daoud u Leonardo Sandri.
Fit-26 ta' Awwissu 2014[2] il-Papa Franġisku ħatru Isqof ta' Lodi. Irċieva l-ordinazzjoni episkopali fil-11 ta' Ottubru 2014, mill-kardinal Leonardo Sandri fil-Bażilika ta' San Pietru u ħa l-pussess tad-djoċesi fis-26 ta' Ottubru ta' wara fil-katidral ta' Lodi. Laqgħu il-kardinal Angelo Scola. Il-liturġija solenni kienet uffiċjata mis-saċerdoti tad-djoċesi, mill-kapitlu tal-katidral, mil-kardinal Leonardo Sandri, u minn diversi isqfijiet, fosthom mons. Claudio Baggini, mons. Giacomo Capuzzi, mons. Diego Coletti u mons. Bassano Staffieri.[3][4]
Gallerija[immodifika | immodifika s-sors]
L-Isqof Malvestiti ipoġġi l-karlotta fuq ras Monsinjur Egidio Miragoli, ordnat bħala isqof ta' Mondovì, 29 ta' Settembru 2017.
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- Mons. Maurizio Malvestiti fuq Catholic-Hierarchy
- Sit uffiċjali tal-Djoċesi Lodijana
Predeċessur Giuseppe Merisi |
Isqof ta' Lodi 2014–- |
Suċċessur |