Marcel Bezençon

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Marcel Bezençon (Orbe, 1 ta' Mejju 1907Lausanne, 17 ta' Frar 1981) kien sal-1970 id-direttur tal-European Broadcasting Union, u hu wkoll kkunsidrat bħala missier il-Festival tal-Eurovision, festival ibbażat fuq l-idea tal-Festival ta' Sanremo.

Hu ggradwa fl-Istorja tal-Arti fl-1932. Għal ħdax-il sena serva bħala direttur ta' Radio-Lausanne. Hu kien il-protagonista tal-introduzzjoni tat-televiżjoni fl-Iżvizzera u pijunier fi programmi tar-radju li kkombinaw il-proża u l-mużika.

Għal xi snin kien hemm unur taħt ismu għall-aqwa esebizzjoni fil-Festival tal-Eurovision, fil-kategoriji tal-aqwa kanzunetta, l-aqwa esebizzjoni fuq il-palk u l-unur tal-aqwa kompożitur, li kienu jingħataw fuq bażi indipendenti lir-rebbieħ tal-edizzjoni.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]