Aqbeż għall-kontentut

MICHAEL

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn MICHAEL (webportal))

MICHAEL qiegħda għal Multilingual Inventory of Cultural Heritage in Europe. Dan il-portal joffri aċċess faċli u ħafif għal għażla għanja ta’ kollezzjonijiet diġitali minn mużewijiet, libreriji u arkivji minn ħafna pajjiżi Ewropej.

X’tip ta’nformazzjoni tista’ tinstab

[immodifika | immodifika s-sors]

MICHAEL huwa katalgu ta’ kollezzjonijiet diġitali ta’ materjal kulturali normalment miżmum mill-mużewijiet, libreriji u arkivji. Fih hemm deskrizzjoni ta' kull tip ta’ materjal kulturali. Dan jinkludi materjal fiżiku li ġie d-diġitizzat (bħal ritratti, dokumenti mill-arkivji, mapep, oġġetti, monumenti arkeoloġiċi) kif ukoll materjal li gie maħluq minn għodda diġitali (bħal ma huma ħsejjes, viżwali u informazzjoni xjentifika).

Il-kollezzjionijiet huwa deskritti minn nies li jaħdmu fil-qasam kulturali, jew, f’xi każijiet, minn katalogogisti li jaħdmu għal xi organizzazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali. Il-listi jinkludu deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta materjal diġitali li huwa disponibbli, is-suġġett li jkopri, assoċċjazzjonijiet importanti (bħal nies jew ġrajjiet famużi), taħt min qiegħed il-materjal u fejn jinstab – ħafna mir-riżorsi huma disponibbli online waqt li materjal ieħor jinstab ukoll offline.

L-ideja hija li MICHAEL jipprovdi katalgu għad-distribuzzjoni ta’ librerija diġitali ta’ riżorsi mis-settur kulturali Europew.

Portali Nazzjonali u Ewropej

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-katalgu MICHAEL huwa disponibbli permezz tal-portal kulturali Ewropew – dan jiġbor flimkien il-katalgi li qegħdin jitlestew mill-pajjiżi Ewropej li qegħdin jieħdu sehem f’dan il-proġett. Sa issa, is-servizz Europew ta’ MICHAEL jinkludi kontenut minn tliet portali Europej minn Franza, l-Italja u r-Renju Unit – tlettax-il pajjiż jagħmlu parti mill-proġett u mal-aħħar tas-sena 2008, il-katalgi ta’ dawn il-pajjizi jsiru wkoll disponibbli. Kull pajjiż se jagħmel disponibbli l-portal MICHAEL fuq bażi nazzjonali – fejn wieħed ikun jista’ jara l-kollezzjonijiet ta’ dak il-pajjiż partikulari.

Amministrazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-proġett MICHAEL li gie ffinanzjat mill-program eTEN tal-kommunità Ewropeja, beda fl-2004 bejn soċji minn tliet pajjizi: Franza, l-Italja u l-Ingilterra. Wara, ħdax-il pajjiż ieħor daħlu fit-tieni fażi tal-proġett f’Ġunju ta’ l-2006. Ir-repubblika Ċeka, il-Fillandja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugal, Spanja u l-Isvezja. Riċentament il-Belġju (komunità fjamminga) u l-Estonja żdiedu mal-lista tal-pajjiżi eżistenti. F’Ġunju ta’ l-2007, l-assoċċazzjoni MICHAEL-Culture AISBL twaqfet biex tkompli tiżviluppa u tieħu ħsieb is-servizz Ewropew ta’ MICHAEL.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]