Aqbeż għall-kontentut

Luigi Rosato

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Luigi Rosato
Ħajja
Twelid 1795
Nazzjonalità Malta
Mewt 1872
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Taljan
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni drammaturgu

Luigi Rosato (1795-1872) hu magħruf l-aktar bħala drammaturgu. Rosato għandu importanza kbira f’dan il-qasam għax meta r-rappreżentazzjonijiet kienu jsiru kollha bit-Taljan jew bl-Ingliż hu kien l-ewwel wieħed li uża l-Malti.

Fl-1847, kiteb id-dramm poetiku Katarina, li huwa l-ewwel xogħol teatrali oriġinali bil-Malti li nafu bih. Dan hu dramm poetiku, b’xejriet reliġjużi u nazzjonali. Fl-istess sena nafu li saru rappreżentazzjoni ta’ xi xogħlijiet tiegħu bil-Malti fit-Teatru Manoel.

Katarina ta’ Luigi Rosato (1839), xogħol li jirrakkonta fid-dettall episodji mill-Assedju l-Kbir u jipprovdi ritratt tajjeb tad-direzzjoni li kien qed jieħu n-nazzjonaliżmu f’Malta fl-ewwel snin tal-ħakma kolonjali Ingliża. L-għażliet li jagħmel Rosato jsiru partikularment interessanti meta nifhmuhom fil-kuntest tal-istorja tal-kultura tagħna, jiġifieri fil-bidu tar-Romantiċiżmu u fl-istadju bikri tal-ħidma biex il-Malti jsir strument leġittimu tal-kultura. F’dan id-dawl, id-dramm ta’ Rosato dwar l-Assedju jikseb importanza sproporzjonata mal-valur estetiku tax-xogħol.