Aqbeż għall-kontentut

Gvernatur ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Lista ta' gvernaturi)

Il-Gvernatur ta' Malta (bl-Ingliż: Governor of Malta) kien l-uffiċjal li kien jaħkem lil Malta matul il-perjodu kolonjali Brittaniku bejn l-1813 u l-1964. Dan l-uffiċċju ħa post dak tal-kummissarju ċivili. Mat-tmiem tal-ħakma Brittanika u l-ħolqien tal-Istat ta’ Malta fl-1964, dan l-uffiċċju ġie sostitwit mill-gvernatur ġenerali, li rrappreżenta lill-monarka Ingliża u mhux lill-gvern tar-Renju Unit kif għamel il-gvernatur. Il-kariga ta' Gvernatur Ġenerali tneħħiet fl-1974 u nbidula bil-kariga ta' president meta Malta saret repubblika.

Il-gvernatur, maħtur mill- monarka Ingliż (fuq il-parir tal- prim ministru Brittanniku), kellu setgħa eżekuttiva f'Malta matul il-ħakma Brittanika. Kien il-kap tal-kunsill eżekuttiv u tal-gvern ta’ qabel l-indipendenza ta’ Malta.

Il-gvernatur kien l-aktar uffiċjal b’saħħtu f’Malta.

Il-kariga tal-gvernatur kienet inizjalment appoġġjata minn logutenent-gvernatur. Pereżempju, minn madwar l-1813 sa madwar l-1820, il-Maġġur Ġenerali Sir William Hutchinson serva bħala Logutenent gvernatur.[1] Wara l-mewt tal-Markiz ta’ Hastings fl-1826, il-gvern Ingliż iddeċieda li jbaxxi l-kariga ta’ Gvernatur għal Logutenent-Gvernatur, b’allowance mnaqqsa. Sir Frederick Ponsonby inħatar formalment Logutenent-Gvernatur u Kmandant tal-Garrison ta’ Malta.[2]

Lista ta' gvernaturi (1801–1964)

[immodifika | immodifika s-sors]
Isem
(twieled–miet)
Ritratt Meta beda u temm il-kariga
Sir Thomas Maitland
(1759–1824)
5 Ottubru 1813[3] 17 Jannar 1824
Francis Rawdon-Hastings
(1754–1826)
22 Marzu 1824 28 Novembru 1826
Alexander George Woodford
(1782–1870)
Aġent Gvernatur
28 Novembru 1826 15 Frar 1827
Sir Frederick Cavendish Ponsonby
(1783–1837)
15 Frar 1827 Mejju 1835
De jure sat-30 ta' Settembru 1836
George Cardew
(1785–1857)
Aġent Gvernatur
Mejju 1835 4 Lulju 1836
Sir Thomas Evans
(1776–1863)
Aġent Gvernatur
4 Lulju 1836 30 Settembru 1836
Sir Henry Bouverie
(1783–1853)
1 Ottubru 1836 1843
Sir Patrick Stuart
(1777–1855)
1843 Ottubru 1847
Richard More O'Ferrall
(1797–1880)
Ottubru 1847 13 Mejju 1851
Robert Ellice
(1784–1856)
Acting Governor
13 Mejju 1851 27 Ottubru 1851
Sir William Reid
(1791–1858)
27 Ottubru 1851 1858
Sir John Le Marchant
(1803–1874)
1858 15 Novembru 1864
Sir Henry Knight Storks
(1811–1874)
15 Novembru 1864 15 Mejju 1867
Sir Patrick Grant
(1804–1895)
15 Mejju 1867 3 Ġunju 1872
Sir Charles van Straubenzee
(1812–1892)
3 Ġunju 1872 13 Mejju 1878
Sir Arthur Borton
(1814–1893)
10 Ġunju 1878 April 1884
Sir Lintorn Simmons
(1821–1903)
April 1884 28 Settembru 1888
Sir Henry Torrens
(1823–1889)
28 Settembru 1888 1 Diċembru 1889
Sir Henry Augustus Smyth
(1825–1906)
1890 1893
Sir Arthur Lyon Fremantle
(1835–1901)
1893 6 Jannar 1899
Sir Francis Grenfell
(1841–1925)
6 Jannar 1899 1903
Sir Charles Clarke
(1839–1932)
1903 1907
Sir Henry Grant
(1848–1919)
1907 1909
Sir Leslie Rundle
(1856–1934)
1909 Frar 1915
Paul Methuen
(1845–1932)
Frar 1915 Mejju 1919
Herbert Plumer
(1857–1932)
1919 1924
Sir Walter Congreve
(1862–1927)
29 Ġunju 1924 28 Frar 1927
Sir John Philip Du Cane
(1865–1947)
28 Frar 1927 1931
Sir David Campbell
(1869–1936)
Ġunju 1931 12 Marżu 1936
Sir Charles Bonham-Carter
(1876–1955)
12 Marżu 1936 1940
Sir William Dobbie
(1879–1964)
April 1940 Mejju 1942
John Vereker - Lord Gort
(1886–1946)
Mejju 1942 26 Settembru 1944
Sir Edmond Schreiber
(1890–1978)
26 Settembru 1944 10 Lulju 1946
Sir Francis Douglas
(1889–1980)
10 Lulju 1946 16 Settembru 1949
Sir Gerald Creasy
(1897–1983)
16 Settembru 1949 3 Awwissu 1954
Sir Robert Laycock
(1907–1968)
3 Awwissu 1954 13 Frar 1959
Sir Guy Grantham
(1900–1992)
13 Frar 1959 2 Lulju 1962
Sir Maurice Dorman
(1902–1993)
2 Lulju 1962 21 Settembru 1964

Logutenenti gvernaturi ta’ Malta

[immodifika | immodifika s-sors]
Segretarju Pubbliku
  • Arthur Baynes 1801
  • Alexander Macauley 1801
  • Samuel Taylor Coleridge 1804–1805
  • EF Chapman 1805
  • Rev. Francis Laing 1811–1813
Chief Secretary
  • Rev. Francis Laing 1813–1815
  • Alexander Wood 1815–1817
  • Richard Plasket 1817–1824
  • Kurunell Sir Frederick Hankey 1824–1837
  • Sir Hector Greig 1837–1847
  • Henry Lushington 1847–1855
  • Sir Victor Houlton 1855–1883
  • Sir Walter Hely-Hutchinson 1883–1884

Bandiera tal-Gvernatur

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ Bulletins of State Intelligence, Etc., 1820, p.203. London, UK: R.G. Clarke
  2. ^ Malta Government Gazette 1826
  3. ^ Grech, Chris (27 Ottubru 2013). "Sir Hildebrand Oakes' resignation as Governor of Malta in 1813". Times of Malta. Miġbur 2020-03-12.