Lira Maltija
Dehra
Dan l-artiklu dwar l-ekonomija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Lira Maltija kienet il-munita uffiċjali ta' Malta sal-31 ta' Diċembru 2007. Sa l-aħħar tas-snin sittin, din il-munita kienet magħrufa bħala Maltese Pound u kienet pari mal-Lira Sterlina Ingliża; kienet valutata bejn wieħed u ieħor £1.60 sterlini.
Il-Lira Maltija hija maqsuma f'100 ċenteżmu u magħrufa bis-simbolu Lm.
Bħala muniti fil-flus Maltin insibu:
- Ċenteżmu (1ċ): li juri l-Ballotra
- 2 ċenteżmi (2ċ): li turi fergħa mis-Siġra taż-Żebbuġ
- 5 ċenteżmi (5ċ): li turi Qabru
- 10 ċenteżmi (10ċ): li turi Lampuka
- 25 ċenteżmu (25ċ): li turi fjura tipika Maltija
- 50 ċenteżmu (Nofs Lira) (50ċ): li turi l-Widnet il-Baħar
- Lira (Lm1): li turi l-Merill
Insibu wkoll il-karti li għandhom valur ta';
- Żewġ Liri (Lm2)
- Ħames Liri (Lm5)
- Għaxar Liri (Lm10)
- Għoxrin Lira (Lm20)
Mill-1 ta' Jannar 2008 il-Lira Maltija (Lm) ma baqgħatx tintuża u minflok ġiet addottata l-Ewro.