Aqbeż għall-kontentut

Limonium zeraphae

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Limonium zeraphae
Klassifikazzjoni xjentifika
SaltnaPlantae
OrdniCaryophyllales
FamiljaPlumbaginaceae
TribùStaticeae
ĠeneruLimonium
speċi Limonium zeraphae
Brullo, 1980

Il-Limonium zeraphae magħrufa ukoll bħala l-Limonju ta’ Żerafa jew Leħjet ix-xiħ ta’ Żerafa, hija pjanta perenni mill-familja Plumbaginaceae.[1][2][3] Il-Limonium zeraphae hija endemika għall-ġżejjer Maltin.[4][5]

Din l-ispeċi ta' limonju nstabet mill-professur tal-istorja naturali il-botanist Stefano Zerafa (1791-1871) fis-seklu Dsatax u ġiet msemmija għalih. [6] Studju estensiv sar mill-botanist Salvatore Brullo fl-1980, fejn il-Limonju zeraphae ġiet meqjusa bħala speċi endemika, sseparata mill-ispeċi l-oħra ta’ limonju  li jikbru fil-gżejjer Maltin u ngħatat l-isem ta’ Limonium zeraphae Brullo fl-1980. [7] Il-Limonium zeraphae hija endemika għall-gżejjer Maltin u hija meqjusa bħala neoendemika  għax saret endemika wara li l-popolazzjoni tal-limonju f’Malta inqatgħet fiżikament mill-popolazzjoni ta’ Sqallija. [8][5]

Abitat u Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Limonium zeraphae hija skarsa fl-ambjenti naturali tal-gżejjer Maltin. [5] Din il-pjanta tikber fuq il-blat kostali baxx tal-qawwi ta’ taħt u tal-globiġerina matul il-kosta tal-Lvant u l-gżejjer żgħar ta’ Malta.[3][9] Kif ukoll f’irqajja’ ta’ ħamrija mielħa fil-blat matul il-kosta u max-xtut tal-bwar salmastri. [5]

Karatteristiċi botaniċi

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Limonju ta’ Żerafa twarrad bejn Ġunju u Novembru. [3] Tipproduċi fjuri żgħar ta’ lewn vjola ċar ta’ qies 6-7mm wiesgħa u 5mm fit-tul. Il-fjuri jinstabu fit-tarf ta’ kull zokk mingħajr weraq li jikber ‘l fuq mill-arbuxxell.[10] Din il-pjanta għandha modifiki fil-weraq u fiz-zkuk li jagħmluha adattata biex tgħix f’dawn it-tipi ta’ ambjenti partikolari. [5] Il-weraq jinstabu jmissu mal-ħamrija u jifformaw tondjatura mal-bażi ta’ kull zokk.[10] [5][7] Il-weraq għandhom forma tawwalija fit-tond li jinxfu fix-xhur sħan tas-Sajf. [5] Din l-ispeċi tiġi mgħarfa mill-ispeċi l-oħrajn ta’ limonju permezz tal-forma taz-zokk li jagħti fit-tond ma’ kull għaksa. [10]

Il-Limonium zeraphae bħala speċi endemika, kif ukoll l-abitat fejn din il-pjanta tinstab fil-ġżejjer Maltin, huma strettament protetti bil-ligi Maltija.[11]

  1. "Limonium zeraphae S. Brullo - Encyclopedia of Life". eol.org. Miġbur 2021-12-23.
  2. "Tropicos | Name - Limonium zeraphae Brullo". legacy.tropicos.org. Miġbur 2021-12-23.
  3. 1 2 3 Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Limonium zeraphae (Zerapha's Sea Lavender) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-15.
  4. "Limonium zeraphae | International Plant Names Index". www.ipni.org. Miġbur 2021-12-23.
  5. 1 2 3 4 5 6 7 Agius, C. (2012). A study on the habitat and morphometry of Limonium melitense, Limonium virgatum and Limonium zeraphae on the Maltese islands (Bachelor's thesis, University of Malta).
  6. Camilleri, B. (2011). Stefano Zerafa 'botanist' 1791-1871. Programm festa 2011, Ħal-Għargħur, 69.
  7. 1 2 Brullo, S. (1980). Taxonomic and nomenclatural notes on the genus Limonium in Sicily.
  8. Schembri, P. J. (1994). Malta’s natural heritage. In H. Frendo & O. Friggieri (Eds.), Malta culture and identity (pp. 105-124). Valletta, Malta: Ministry of Youth and the Arts
  9. Lanfranco, E. (1989). Il-pjanti vaskulari endemici tal-gzejjer Maltin. In T. Cortis (Ed.), L-identita` kulturali ta' Malta : kungress nazzjonali, 13-15 ta' April 1989 (pp. 141-164). Valletta: Department of Information.
  10. 1 2 3 Castroviejo, S. e. (2005). Flore Iberica: Plantas vasculares de la Peninsula Iberica e Islas Baleares (Vol. III). Madrid: Departamento de Publicaciones del CSIC.
  11. Mifsud, Stephen. "Limonium zeraphae (Zerapha's Sea Lavender)". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-11-09.