Aqbeż għall-kontentut

Librerija ta' Klassijiet Bażi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Librerija ta' Klassijiet Bażi jew BCL (bl-Ingliż Base Class Library) hija librerija standard disponibbli għall-lingwi kollha li jużaw l-IStruttura .NET li tinkludi l-BCL biex tkun tista' tenkapsula numru kbir ta' funzjonijiet komuni, bħall-kitba u l-qari tal-fajls, grafika, interazzjoni mal-bażijiet tad-dejta, u manipulazzjoni tad-dokumenti XML, li tagħmel xogħol il-programmatur aktar faċli. Hija usa' fl-iskop mill-liberiji standard tal-parti l-kbira tal-lingwi l-oħra, fosthom C++, u hija kumparabbli fl-iskop mal-libreriji standard tal-Java. Il-BCL xi kultant tissejjaħ b'mod żbaljat bħala l-Librerija ta' Klassijiet tal-Istruttura (FCL) (bl-Ingliż Framework Class Library), li l-BCL tagħmel parti minnha. Hi tinkludi l-Microsoft.* namespaces fost l-oħrajn.

Il-BCL tiġi riveduta ma kull verżjoni tal-Istruttura .NET.

Xi wħud min-namespaces jistgħu jew ma jistgħux ikunu ikkunsidrati bħala parti mill-BCL mill-Microsoft, imma kollha huma inklużi mal-implementazzjonijiet tal-Istruttura .NET tal-Microsoft.

Namespaces Standardizzati

[immodifika | immodifika s-sors]

Dawn huma n-namespaces li huma standardizzati bħala parti mill-istandards tal-ECMA 335 u l-ISO/IEC 23271:2006.

System
Dan in-namespace il-bżonnijiet fundamentali tal-ipprogrammar. Jinkludi it-tipijiet bażi bħal String, DateTime, Boolean, eċċetera, support għall-ambjenti per eżempju il-console, funzjonijiet matematiċi, il-klassijiet bażi għall-attributi, eċċezzjonijiet, u arrays.
System.Collections
Jiddefinixxi ħafna kontenituri komuni jew kollezzjonijiet użati fl-ipprogrammar, bħal-listi, kjuwijiet, gzuz, hashtags u dizzjunarji. Fih support għall-ġeneriċi.
System.Diagnostics
Itik l-abilità li tagħmel dijanjożi tal-applikazzjoni tiegħek. Jinkludi it-tniżżil tal-avvenimenti, arloġġi tal-performance, traċċar, u interazzjoni mal-proċessi tas-sistema.
System.Globalization
Jipprovdi l-għajnuna għall-kitba ta' applikazzjonijiet internazzjonali. "Informazzjoni relatata mal-kultura, fosthom il-lingwa, il-pajjiż/reġjun, il-kalendarji, u kif tinkiteb id-data, munita, u numri" jistgħu jiġi iddefiniti.
System.IO
Jippermettilek illi taqra u tikteb lejn u minn "streams", bħal-fajls u streams tad-data oħrajn. Ukoll jipprovdi konnesjoni mas-sistema tal-fajls.
System.Net
Jipprovdi interfaċċa "għall-ħafna mill-protokolli użati fin-netwerks illum il-ġurnata", bħall-HTTP, FTP, u SMTP. Komunikazzjoni sigura hija permessa minn protokolli bħall-SSL.
System.Reflection
Jipprovdi ħarsa oġġettivi tat-tipi, metodi, u fields. Għandek "l-abilità illi tikkrea u tinvoka it-tipi tiegħek stess b'mod dinamiku". Jesponi API biex l-abilitajiet riflettivi tas-CLR.
System.Runtime
Jħallik timmaniġja il-komportament ta' applikazzjoni waqt il-ħin tal-eżekuzzjoni jew tar-Runtime tal-Lingwa Komuni. Xi wħud mill-abilitajiet inklużi huma l- interoperar mal-COM jew kodiċi nattiv ieħor, kitba t'applikazzjonijiet distribwiti, u serjaliżżazzjoni tal-oġġetti ġo fajls binarji jew SOAP.
System.Security
"Jipprovdi sistema t' sigurtà lill-istruttura ta' taħt tar-runtime tal-lingwa konumi." Dan in-namespace jippermettilek tibni s-sigurtaà fl-applikazzjoni tiegħek ibażata fuq permessi u politika. Jipprovdi servizzi bħal per eżempju il-kriptografija.
System.Text
Jipprovdi kodifikazzjonijiet , espressjonijiet regolari, u jipprovdi sistema aktar effiċjenti għall-manipulazzjoni tal-istrings (StringBuilder).
System.Threading
Jiffaċilita l-ipprogrammar li juża aktar minn thread waħda. Jippermetti is-sinkroniżżazzjoni tal-"attivitajiet tat-thread u aċċess għad-data" u jipprovdi "sors ta' threads provduti mis-sistema".