Lejl

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Qamar matul il-lejl.

Il-lejl huwa perjodu ta' ħin bejn it-tmiem ta' ġurnata u ż-żerniq meta x-xemx tkun għadha taħt l-orizzont. Dan il-fattur iseħħ malli l-uniku sors ta' dawl universali, voldieri x-xemx tgħib fl-ilmijiet tal-ibħra li jdawru l-artijiet tad-dinja. L-oppost tal-lejl huwa l-jum.Il-punti ta' inizzjali u finali tal-lejl jvarjaw skont dawn il-fatturi segwenti, bħall-istaġun, il-latitudni, il-lonġitudni u ż-żona tal-ħin.

F'mument partikolari, nofs id-dinja għandha tkun mixgħula bid-dawl tax-xemx filwaqt li n-nofs l-ieħor għandu jkun iddominat mis-serenità tad-dlam u l-kwiekeb. Dan iċ-ċiklu huwa inevitabbli għaliex parti mid-dinja tkun qiegħda tgħatti d-dawl tax-xemx milli jipprenetra f'naħa mill-atmosfera. L-illuminazzjoni naturali matul il-lejl hija mogħtija permezz tal-kumbinazzjoni diversa ta' dwal li jdawlu lill-univers b'mod assolut u kontinwu. Id-dawl universali jigi mill-qamar, mid-dawl li toffri l-pjaneta nfisha, mid-dawl li jagħtu l-istilel, mid-dawl taż-żodiċi, mill-awrori Nordiċi u mid-diwi tal-arja. F'ċerti ċirkostanzi, il-bijoluminazzjoni, l-awrori u s-sajjetti jistgħu jipprovdu xi ftit tal-illuminazzjoni. Kultant, id-diwi li huwa pprovdut mill-illuminazzjoni artifiċjali jitqies bħala tip ta' tniġġis, dan għax jista' jostakola mal-astronomija osservazzjonali u mal-ekosistemi.

Fuq pjaneti oħrajn[immodifika | immodifika s-sors]

Il-fenomenu tal-ġurnata u l-lejl huwa possibbli minħabba r-rotazzjoni tal-korp ċelesti madwar l-assi tal-pjaneta tagħna, li tikkrea l-illużjoni ta' tlugħ u ta' nżul ix-xemx. Korpi differenti jduru b'rati diversi għall-aħħar, madanakollu wħud jistgħu jduru b'rata iktar veloċi meta kkumparati mar-rotazzjoni tad-dinja, però wħud minn dawn il-korpi għandhom inqas veloċità mir-rotazzjoni tad-dinja tagħna, u għalhekk dan iwassal biex jitwalu l-jiem u l-iljieli. Il-pjaneta Venere ddur darba kull 224.7 iġranet--li s'issa hija meqjusa bħala l-iktar pjaneta maġġuri b'rotazzjoni dewwiema li tifforma parti mis-sistema solari tagħna. Filwaqt li l-veloċità tar-rotazzjoni tal-pjaneta ġganteska Ġove hija dik ta' 9 sigħat u 56 minuta, allura hawnhekk nistgħu immedjetament nintebħu bil-kuntrast bejn iż-żewġ estremitajiet. Jista' jkun li pjaneta partikolari tasal biex tesperjenza varjazzjonijiet drastiċi fit-temperatura bejn il-ġurnata u l-lejl, bħal Merkurju, l-iktar pjaneta viċin tax-xemx.

L-impatt fuq il-ħajja[immodifika | immodifika s-sors]

L-għajbien tad-dawl tax-xemx, li meqjus bħala s-sors ta' enerġija primarja għall-ħajja fuq id-dinja għandha tħalli bosta impatti drammatiċi fuq il-morfoloġija, il-fiżjoloġija u l-imġiba ta' kważi kull organiżmu, speċjalment jekk ikun jiddependi direttament fuq il-qawwa universali tax-xemx. Il-maġġoranza tal-annimali jorqdu matul il-lejl, però hemm ċerti speċi ta' annimali magħrufin bħala notturni li ma jorqdux waqt dan il-ċiklu. Hawnhekk wieħed jista' jagħmel referenza għad-diversi insetti li jibqgħu attivi bil-lejl. L-effetti ta' dan iċ-ċiklu mhumiex evidenti biss fuq l-annimal, infatti l-pjanti jgħaddu minn daqsxejn ta' bidla wkoll peress li jiddependu fuq id-dawl tax-xemx bħala sors minn fejn jisgħu jipproduċu l-ikel tagħhom. Għalhekk hawnhekk jeħtieġ li nirreferu għall-bijoloġija, l-istudju tal-ħajja, biex nispjegaw 'il dan il-kunċett b'mod iktar tanġibbli. Il-Bijoloġija tgħidilna li l-pjanta tista' tipproduċi l-ikel tagħha permezz tax-xemx, fejn bil-kapaċità kollha tagħha jirnexxilha tittrasforma d-dawl tax-xemx f'zokkor magħruf bħala Glukożju, allura nistgħu faċilment nintebħu li dan il-fenomenu ma jseħħx waqt il-lejl, fil-fatt il-pjanti jkunu qegħdin jirrespiraw l-enerġija li kienu kisbu matul il-ġurnata. Hekk kif tjieb id-dawl artifiċjali, speċjalment wara r-rivoluzzjoni industrijali, l-attività tal-lejl żdiedet u saret ferm importanti għall-ġenerazzjoni tal-ekonomija f'bosta postijiet. Bosta stabbilimenti bħall-klabbijiet ta' bil-lejl, bars, ħwienet ta' konvenjenza, ristoranti tal-fast-food, stazzjonijiet tal-petrol, faċilitajiet ta' distribuzzjoni u l-istazzjonijiet tal-pulizija bdew jagħtu s-servizz tagħhom lis-socjetà matul il-ġurnata kollha jew inkella jibqgħu miftuħin sas-1 jew sas-2 ta' kmieni filgħodu. Kultant, anki mingħajr id-dawl artifiċjali, id-dawl tal-qamar huwa biżżejjed sabiex jagħmel tmiem il-ġurnata possibbli għall-ivvjaġġar u għax-xogħol barra bil-lejl.