Laura Pausini
Laura Pausini | |
---|---|
Informazzjoni ġenerali | |
Isem sħiħ | Laura Pausini |
Twieled |
16 ta' Mejju 1974 Solarolo, Ravenna, Italja |
Oriġini | Emilia-Romagna, Italja |
Ġeneru | Pop, pop rock |
Snin ta' attività | 1993–preżent |
Sit uffiċjali | Sit uffiċjali |
Dan l-artiklu dwar il-mużika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Laura Pausini (16 ta' Mejju 1974, Solarolo, Ravenna) hija kantanta ċelebri Taljana. Barra mill-Italja hija mlaqqma bhala ir-reġina tal-POP taljan. Hija magħrufa għal vuċi qawwija li għandha u għal bosta kanzunetti romantiċi li kitbet hija stess. Barra li tkanta bit-Taljan Pausini tkanta ukoll bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Portugiż u bil-Franċiz. Pausini ddebuttat fit-43 edizzjoni tal-festival ta' San Remo fl-1993 fejn rebħet is-sezzjoni tat-talenti ġodda bid-diska "La Solitudine". S'issa, Laura Pausini biegħet xejn anqas minn 70 miljun diska.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Laura Pausini hija bint Fabrizio Pausini u Gianna Ballardini. Bdiet tkanta ma' missierha meta kellha biss tmien snin. Ta' tlettax-il sena, irrekordjat l-ewwel album taghha intitolat "I sogni di Laura". Fl-1993 il-karriera tagħha ħadet spinta 'l quddiem bir-rebħ fil-festival ta' San Remo. "La Solitudine", id-diska li rebħet biha f'San Remo, għadha sal-ġurnata tal-lum magħrufa bħala waħda mill-aktar diski popolari ta' Pausini.
Dan is-suċċess wassal għall-avviċinament ta` Warner Music Italy biex b'hekk, Laura ħarget l-ewwel album professjonali tagħha li kien ta' suċċess kbir saħansitra anki ġewwa Franza u l-Olanda. It-tieni album tagħha, intitolat "Laura" , ħareġ fl-1994. Fl-istess sena, Laura Pausini bdiet tkanta ukoll bl-Ispanjol.