Laura Pausini

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Laura Pausini
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Laura Pausini
Twieled 16 ta' Mejju 1974 (1974-05-16) (49 sena)
Solarolo, Ravenna, Italja
Oriġini Emilia-Romagna, Italja
Ġeneru Pop, pop rock
Snin ta' attività 1993–preżent
Sit uffiċjali Sit uffiċjali

Laura Pausini (16 ta' Mejju 1974, Solarolo, Ravenna) hija kantanta ċelebri Taljana. Barra mill-Italja hija mlaqqma bhala ir-reġina tal-POP taljan. Hija magħrufa għal vuċi qawwija li għandha u għal bosta kanzunetti romantiċi li kitbet hija stess. Barra li tkanta bit-Taljan Pausini tkanta ukoll bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Portugiż u bil-Franċiz. Pausini ddebuttat fit-43 edizzjoni tal-festival ta' San Remo fl-1993 fejn rebħet is-sezzjoni tat-talenti ġodda bid-diska "La Solitudine". S'issa, Laura Pausini biegħet xejn anqas minn 70 miljun diska.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Laura Pausini hija bint Fabrizio Pausini u Gianna Ballardini. Bdiet tkanta ma' missierha meta kellha biss tmien snin. Ta' tlettax-il sena, irrekordjat l-ewwel album taghha intitolat "I sogni di Laura". Fl-1993 il-karriera tagħha ħadet spinta 'l quddiem bir-rebħ fil-festival ta' San Remo. "La Solitudine", id-diska li rebħet biha f'San Remo, għadha sal-ġurnata tal-lum magħrufa bħala waħda mill-aktar diski popolari ta' Pausini.

Dan is-suċċess wassal għall-avviċinament ta` Warner Music Italy biex b'hekk, Laura ħarget l-ewwel album professjonali tagħha li kien ta' suċċess kbir saħansitra anki ġewwa Franza u l-Olanda. It-tieni album tagħha, intitolat "Laura" , ħareġ fl-1994. Fl-istess sena, Laura Pausini bdiet tkanta ukoll bl-Ispanjol.