L-Għanja tal-Milied

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Qoxra tal-ewwel edizzjoni (1843)

L-Għanja tal-Milied (bl-Ingliż: A Christmas Carol), hija storja miktuba mill-awtur Ingliż Charles Dickens. Din l-istorja ġiet maqluba f'diversi lingwi u nħadmu diversi films u reċti peress li saret maħbuba minn soċjetajiet differenti madwar id-dinja kollha. Wieħed mill-aktar karattri ta' din l-istorja li qajjem interess fost in-nies, huwa ħadt ħlief Skruġ.

L-Istorja[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-Raġel li Ma Jaħmilx il-Milied[immodifika | immodifika s-sors]

Din l-istorja hija ambjentata fiż-żmien meta r-Reġina Vittorja kienet għadha ma ħadetx it-tron f'idejha. Jacob Marley kien ilu li miet sebgħa snin, u s-sieħeb fin-negozju tiegħu, Ebeniżer Skruġ, li kien l-aktar raġel xħiħ f'Londra, lanqas kien lest li jħallas għal passata żebgħa biex ineħi l-isem ta' Marley minn fuq it-tabella ta' l-uffiċċju. Din kienet għadha taqra "SCROOGE AND MARLEY".

Darba waħda kien Lejlet il-Milied, wieħed mill-aktar iljieli kesħin. Barra l-uffiċċju tifel ċkejken beda jkanta għanja:

Mulej seraħ li dan ir-raġel ferħan, tħali xejn li ma jgħoġbux!

Imma Scrooge ħareġ jiġri l-barra b'riga ta' l-injam, biex jagħti daqqa biha lit-tifel fuq rasu. Imma dak it-tifel ħarab f'ħeffa t'għajn.

Scrooge ma kienx jaħmel il-Milied u kull ħaġa li tfakru fih.