Kuruna tal-Avvent

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Kuruna tal-Avvent

Il-Kuruna tal-Avvent hi tradizzjoni Nisranija li tissimbolizza l-Avvent.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kuruna tal-Avvent ivvintaha l-qassis Luteran Johann Heinrich Wichern (1808-1884). Dan kien edukatur u teologu f'Hamburg li waqqaf il- Missjoni interjuri tal-Ġermanja. Din l-istituzzjoni kienet tiġbor it-tfal fqar ħafna fir-Rauhe Haus ħdejn Hamburg, razzett qadim u kien jieħu ħsibhom. Billi, matul iż-żmien tal-Avvent, kienu kuljum jistaqsuh meta ġej il-Milied, fl-1839 għamel kuruna tal-injam, b'għoxrin xemgħa żgħar ħomor u erba' xemgħat kbar bojod. Kull filgħodu kienu jixegħlu xemgħa żgħira u kull Ħadd tal-Avvent xemgħa kbira. Daż-żmien il-kuruna jkollha erba' xemgħat kbar biss.

Mill-1860, is-sena li twieldet uffċjalment il-Kuruna tal-Avvent kienet tkun magħmula mill-friegħi tas-sapin; mill-bidu tas-seklu 20 fil-Ġermanja saret tradizzjoni tal-Milied. F'Alsace, dehret bejn iż-żewħ gwerer dinjija, introdotta mll-movimente ta-żgħażagħ protestanti[1]. L-Awstrija id-drawwa daħlet biss fl-1945.

Din id-rawaa Ġermaniża infirxet ma' ħafna pajjiżi. F'xi knejjes tar-rit ortodoss insibu l-kuruna b'sitt xemgħat, billi l-Avvent idum iżjed f'dan ir-rit[2].

Is-simboliżmu[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kuruna[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm interpretazzjonijiet differenti tas-simboliżmu tal-kuruna tal-Avvent. Iċ-ċirku jissimbolizza l-eternità mogħtija mir-riżurrezzjoni ta' Kristu, l-aħdar jissimbolizza l-ħajja, ix-xema' jissimbolizzaw id-dawl li jiddi fuq id-dinja fil-lejl tal-Milied.

Ix-xema'[immodifika | immodifika s-sors]

Bħal fil-każ tal-kuruna, hemm bosta interpretazzjonijiet tas-simboliħmu tax-xema'.

L-iżjed komuni li kull xemgħa tirrappreżenta wieħed mill-istadji tas-salvazzjoni tad-dinja[3] :

  • il-maħfra, b'Adam u Eva.
  • il-fidi, b'Abraham.
  • il-ferħ, b'David.
  • il-paċi u l-ġustizzja, bil-profeti.

Possibbiltà oħra hi l-paċi u t-tliet virtujiet teologali (il-fidi, it-tama u l-imħabba).

Ir-rit Kattoliku[immodifika | immodifika s-sors]

Kuruna tal-Avvent bi tliet xemgħat vjola u waħda roża

Skont ir-rit Kattoliku, il-kuruna tal-Avvent titbierek. Tradizzjonalment ix-xema' jinxtegħlu bil-kontra tal-arloġġ. Jekk fit-tieni Ħadd wieħed jixgħel ix-xemgħa faċċata tal-ewwel dan jitqis bħala żball. Fit-tradizzjoni Kattolika, tliet xemgħat jkunu vjola u waħda roża; dawn jaqblu mal-kuluri liturġiċi tal-Ħdud li fihom jinxtegħlu. Kultant ikun hemm xemgħa bajda f'nofs il-kuruna u din tinxtegħel fil-jum tal-Milied. L-ispjegazzjoni liturġika tal-kuluri tenfasizza li dawn l-erba' ġimgħat huma perjodu ta' penitenza li fih nistennew id-dawl indikat mix-xemgħa bajda.[4].

Tradizzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kuruna tal-Avvent, jew iżjed eżatt l-erba' xemgħat, jirrappreżentaw l-erba' ġimgħat qabel il-Milied.

Ix-xema' jinxtegħlu fl-erba' Ħdud qabel il-Milied. Tradizzjonalment ix-xema' jkunu ħomor u ħoxnin. L-ewwel Ħadd tinxtegħel xemagħa waħda; it-tieni Ħadd l-ewwel xemgħa u oħra (jiġifieri tnejn); it-tielet Ħadd iż-żewġ xemgħat ta' qabel u oħra ġdida (jiġifieri tlieta); ir-raba' Ħadd it-tliet xemgħat ta' qabel u dik tal-aħħar (jiġifieri erba').

Id-diffikultà allura hi li waħda mix-xema' trid iddum tixgħel erba' ġimgħat, waħda tliet ġimgħat, waħda ġimgħatejn u waħda ġimgħa. Però jistgħu jinbidlu biex kull Ħadd jibqgħu bejn wieħed u ieħor daqs xulxin.[5].

Noti u referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Gérard Leser, Noël - Wihnachte en Alsace, rites coutumes et traditions, Éditions du Rhin, 1994, p. 20/21
  2. ^ http://www.sagesse-orthodoxe.fr/jaimerais-savoir/foi-et-tradition-orthodoxe/liturgie-et-sacrements/les-couronnes-de-l%E2%80%99avent
  3. ^ http://www.stluc.org/fetes/avent.htm
  4. ^ http://www.liturgiecatholique.fr/Avent.html
  5. ^ Għalhekk jinħtieġu għaxar xemgħat: waħda għall-ewwel ġimgħa, tnejn għat-tieni, tlieta għat-tielet u erbgħa għar-raba' (1 + 2 + 3 + 4 = 10)

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Biblijografija[immodifika | immodifika s-sors]

  • Hermann Bausinger, "Avent, Couronne de l'Avent", f' 'Volkskunde' ou l'ethnologie allemande : de la recherche sur l'Antiquité à l'analyse culturelle (tradott mill-Ġermaniż għsll-Franċiż minn Dominique Lassaigne), Les Éditions de la MSH, Pariġi, 1993 pp. 273-278 ISBN:9782735104680.
  • Gustave Koch, "La couronne de l'Avent en Alsace : nouvelles pièces au dossier", f' Pays d'Alsace, 2001, nru. 197, pp. 3-8.
  • Gérard Leser, Noël-Wihnachte en Alsace : rites, coutumes, croyances, Éditions du Donon, Strasbourg, 2006, 190 p. ISBN:2-914856-37-7
  • Francis X. Weiser, "Couronne de l'Avent", f' Fêtes et coutumes chrétiennes : de la liturgie au folkore, Mame, Tours, 1961, pp. 62-63.

Artikli konnessi[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]